Update : Budget Highlights 2016

budget 2016

 

 

 

 

 

 

 

 

Tnaqqis fl-Income Tax

Il-Gvern se jnaqqas l-income tax. Bħalma ġara fil-Baġit preċedenti, kull min jaqla’ dħul minn impjieg jew pensjoni li ma taqbiżx il-paga minima se jerġa’ma jħallasx taxxa.

Barra minn hekk, kull min  ma gawdiex mit-tnaqqis fl-income tax ta’ sentejn ilu, se jgawdi minn tnaqqis ta’ bejn €90 u €120  f’taxxa fis-sena.

Kumpens Għoli tal-Ħajja

 Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja s-sena d-dieħla ser ikun  ta’ €1.75.

Miżuri tadDħul

 Id-dazju tas-SISA fuq  il-fjuwil se jogħla bi 3ċ fuq  il-petrol u 3ċ fuq  id-diesel. Minkejja li se jiżdied id-dazju, il-prezzijiet tal-fjuwil se jonqsu minn Jannar 2016 għaliex l-Enemed, ikkonkludiet ftehim li permezz tiegħu l-prezz tal-petrol se jorħos b’3ċ għal €1.32ċ  kull litru u tad-diesel b’4ċ għal €1.22ċ  kull litru.

Se jkun  hemm ukoll  żieda ta’ dazju tas-sisa fuq  il-prodotti tat-tabakk (sigaretti medja ta’ +30 ċenteżmu), iż-żjut lubrikanti (+0.02ċ)  u s-siment (żieda ta’ €5 għal kull tunellata). L-Eko-kontribuzzjoni li kien hemm fuq  il-basktijiet tal-plastik, kontenituri tal-birra, l-inbid, fermented beverages, intermediate products, xarbiet non-alkoħoliċi kif ukoll  iċ-chewing gum qed titneħħa u għaldaqstant, biex jinżamm il-messaġġ favur l-ambjent filwaqt li s-sistema tkun aktar faċli li tiġi implimentata u tnaqqas l-abbużi, se tiġi sostitwita bid-dazju tas-sisa.

Taxxa tadDħul imnaqqsa għal 7.5% għall-atleti u plejers ta’ kull sport

Fil-baġit ta’ sentejn ilu ddaħħel rata ta’ taxxa mnaqqsa ta’ 7.5% għall–plejers tal-futbol. Is-sena l-oħra ġiet estiża għall-plejers tal-waterpolo wkoll. Minn  din is-sena dan il-benfiċċju se jinfetaħ għall-plejers u atleti ta’ kull sport, li b’hekk ikunu jistgħu igawdu mir-rata favorevoli ta’ 7.5%. Dan il-benefiċċju qiegħed jiġi estiż ukoll  għall-kowċis. Rata ta’ VAT imnaqqsa (7%)  fuq faċilitajiet sportivi Se titnaqqas ir-rata ta’ VAT minn 18% għal 7% fuq  kull faċilità sportiva, inklużi  l- gyms, fitness centres, futbol nurseries u faċilitajiet sportivi.

Ħin Żejjed Maħdum mill-Pulizija ntaxxat brata ta 15%

B’ effett mill-1 ta’ Jannar 2016, il-ħlas li jingħata lill-pulizija għal xogħol extra duty li hu  xogħol li jsir minn pulizija għal organizzazzjonijiet, individwi u kumpaniji se jibda jkun intaxxat separatament b’rata ta’ taxxa ta’ 15 fil-mija

INWORK BENEFIT 

Koppja fejn persuna waħda biss  tkun fl-impjieg bi dħul baxx u fejn hemm ulied dipendenti li għandhom inqas minn 23 sena se jingħataw il-benefiċċju ta ‘In- Work’. Dan se jkun  qed jiġi estiż għal dawk il-familji b’persuna waħda li taħdem bi qligħ ta’ bejn €6,600  u €12,700. Il-beneficcju massimu se jkun  ta’ €150  għal kull wild. Madwar 3,700 familja u kważi 5,000 tifel u tifla, li ħafna minnhom jinsabu f’riskju ta’ faqar, se jibbenefikaw minn din il-miżura. L-inċentiv li t-tieni ġenitur jidħol jaħdem se jibqa’. Fil-fatt fejn iz-żewġ ġenituri ikunu f’impjieg, il- benefiċċju jogħla għall-massimu ta’ €1000  kull wild.

Żieda ta €5 fil-ġimgħa għal 20,000 pensjonant

Mal-20,000 pensjonant se jibdew igawdu sa 5 ewro żieda fil-ġimgħa, sakemm jibdew jitħallsu ż-żidiet dovuti kull sena sakemm kull pensjonant jibda jirċievi pensjoni minima nazzjonali ekwivalenti għal 60 fil-mija tad-dħul medju nazzjonali. L-Għotja lil anzjani ta’ iktar 75 sena L-anzjani li jkollhom minn 75 sena ‘l fuq  se jibqgħu jirċievu l-ghotja ta’ €300  fis- sena.

Fond pilota għal LiveIn Carers

Se jitwaqqaf fond pilota ta’ miljun ewro li minnu, familji li għandhom anzjan/anzjana dipendenti u li hemm bżonn ta’ kura kostanti, se jkun  qed jingħatalhom sussidju meta dawn jimpjegaw, fuq  bażi ta’ full-time carer għal dan/din l-anzjan/a. Mill-fond allokat, huwa stmat li madwar 160 anzjan se jingħatalhom din it-tip ta’ għajnuna.

Huwa propost li dan is-sussidju jammonta għal €6,300  fis-sena għal kull anzjan/a bejn l-età ta’ 65-74, u sussidju ta’ €6,100  għal dawk ta’ età minn 75 sena ’l fuq,  meta dawn jipprovdu dokumenti li qed jimpjegaw carer għal dan l- iskop. Meta kkumparat li dawn il-160 anzjan jidħlu f’xi istituzzjoni, dan jammonta għal spiża ta’ madwar €2.35  miljun. Għalhekk, b’dan il-fond ta’ miljun ewro, il-Gvern se jkun  qiegħed jiffranka d-differenza ta’ madwar €1.35 miljun.

Est il-programm ta Childcare bxejn

Din is-sena l-Gvern se jkomplu bil-programm ta’ Childcare b’xejn b’valur ta’€5,000 għal kull wild.

Childcare Centres Ġodda

Hu ppjanat li jinfetħu Child Care Centres ġodda għat-tfal f’Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan, u Wied il-Għajn

Eżenzjoni għall-First Time Buyers

L-eżenzjoni mill-boll għal first time buyers ser tiġi estiża. Il-Gvern se jġedded dan il-programm sa tmiem is-sena d-dieħla sabiex iż-żgħażagħ jiffrankaw sa €5,000  fuq  l-ewwel dar tagħhom. Dan se jkun  b’seħħ b’lura għal konvenji li sena mill-1 ta’ Lulju li għadda meta għalaq il-programm l-ieħor. Dawk il-first time buyers li laħqu għamlu konvenju u kuntratt wara l-ewwel ta’ Lulju se jingħataw refund tal-boll li ħallsu.

Kumpens għal Esproprjazzjoni

Fil-qasam tal-kumpens ta’ espropriji, il-Gvern qal li wara li tħallsu l-każijiet kollha ta’  sproprjazzjoni sa €15,000, is-sena d-dieħla se jitħallsu l-espropriji sa’ €50,000. Dan suġġett għal prova ta’ titlu. Huwa stmat li l-każijiet ta’ madwar 200 plot se jkunu trattati. Barra minn hekk, matul is-sena li ġejja, ix-xogħol mistenni jkompli fuq  il-problema tal-Home Ownership Schemes (HOSs), fejn hemm familji li għadhom ma jistgħux iwettqu l-kuntratt finali għax-xiri tal- proprjetà tagħhom minħabba l-fatt li l-esproprjazzjoni attwali għadha qatt ma ġiet ffinalizzata mill-Gvern u ilha pendenti għal bosta deċenni.

Taxxa Mnaqqsa fuq kiri ta Proprjeta Kummerċjali

Fil-Baġit ta’ sentejn ilu ddaħħlet rata ta’ taxxa finali ta’ 15% fuq  dħul minn ker  roprjetà residenzjali. B’hekk dan id-dħul beda jiġi intaxxat b’din ir-rata benefiċjali minflok ir-rati normali tat-taxxa li jitilgħu sa 25%. Din ir-rata finali issa se tiġi estiża wkoll għal kera ta’ proprjetà kummerċjali u għalhekk mis-sena li ġejja d-dħul kollu  minn kera jista’ jiġi dikjarat bil-15%. 

Penali fuq Proprjeta Kummerċjali Abbandunata

Il-Gvern jixtieq jgħolli  l-livell tal-ambjent li ngħixu fih u l-proprejatà abbandunata hija fattur li tkerrah il-bliet tagħna. Għal dan il-għan il-Gvern qal li se jikkonsulta l-pubbliku u s-settur tal-proprejeta biex jiġi mfassal pjan biex għall-ewwel darba jiġi stabbilit obbligu fil-liġi li proprjetà tinżamm fi stat tajjeb. L-ewwel fil-mira tal-Gvern se jkun  bini kummerċjali bħal showrooms li tħallew mitluqa u miftuħa, u f’ċertu każijiet b’mod perikolużfejn faċilment jista’ jweġġa’ xi ħadd

Rifużjoni ta VAT imħallsa fuq it-taxxa ta reġistrazzjoni tal-karozzi

Is-sena li jmiss se jitħallsu lura l-ammont kollu  ta’ taxxa lil dawk li rreġistraw vettura matul l-2005. Għalhekk matul is-sena d-dieħla se tinħareġ skema oħra għal min  irreġistra vettura bejn l-1 ta’ Jannar u l- 31 ta’ Diċembru 2005 u kien eliġibbli fl-iskema li kienet inħarġet matul l-2014. Dan ifisser li sal-aħħar tas- sena d-dieħla se jkunu tħallsu lura b’ kollox  madwar €9.7 miljun f’taxxa li kienet inġabret żejda.

Kontribuzzjoni Ambjentali ta 50 ċ minn kull turist

Il-Gvern ħa d-deċiżjoni li mill-1 t’April 2016, se tiddaħħal kontribuzzjoni ambjentali li se titħallas mit-turisti kollha, mill-eta’ ta’ 18 il-sena ‘l fuq,  li jżuru pajjiżna. Din se titħallas bir-rata ta’ 50 ċentezmu għal kull lejl li t-turist iqatta’ Malta, iżda sa massimu ta’ €5 għal kull żjara. Għal dan il-għan ser isiru  d- diskussjonijiet kollha mal-partijiet involuti dwar it-twettiq ta’ din il-miżura. Id-dħul minn din il-miżura, li mistenni jkun  ta’ madwar €5 miljuni, ser jitħaddem mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp Ta’ Żoni Turistiċi bil-għan li jsir upgrading, titjib u manutenzjoni ta’ żoni  pubbliċi ewlenin fil-pajjiż.

Skema ta’ Paid Study Leave għall-Għalliema

L-iskema ta’ Paid Study Leave (Sabbatical) għall-Għalliema mħabbra s-sena l- oħra se tiġi estiża u mwessgħa. L-iskema toffri l-opportunità ta’ leave bi ħlas lill-uffiċjali fil-Klassi tal-edukazzjoni sabiex jinvestu fl-iżvilupp professjonali bħal ngħidu aħna biex itejbu l-kisbiet professjonali jew akkademiċi tagħhom.

Immigration Work Office

Qed jiġi studjat ukoll  il-kunċett ta’ Immigration Work Office bl-iskop li tiġi mnaqqsa l-possibbiltà tat-tfittxija ta’ xogħol b’mod irregolari mill-immigranti u dan permezz ta’ Job Brokerage Offices fiċ-ċentri miftuħa tal-Marsa u Ħal Far fejn il-ħsieb idur mal-kunċett ta’ PPP li jipprovdu sistema ta’ work vouchers li tinvolvi kemm lill-impjegat u anke lil min  iħaddem.

Leave għall-IVF

Wara li ngħata l-leave għal ġenituri li jaddottaw issa se jiġi estiz dan il- benefiċċju għal koppji li jkollhom bżonn li jagħmlu użu  mill-faċilità ta’ IVF.

Aġenzija Żgħażagħ

L-Aġenzija Żgħażagħ se tħejji programm ta’ ħidma għall-Youth Village u se tibda t-tieni fażi sabiex ikun  hemm post residenzjali fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jorganizzaw youth exchanges u obility projects oħra. Wara l-proġett pilota Youth Help, se jitnieda l-proġett ta’ Outreach u Detached Work maż- żgħażagħ fejn se jsir xogħol maż-żgħażagħ fit-toroq ġewwa l-Belt, Birżebbuġa, Wied il-Għajn, iż-Żurrieq u l-Kottonera. Se jkun  żgurat li l-iskejjel ikollhom ambjenti sikuri għall-istudenti żgħażagħ LGBTIQ u jkollhom pjanijiet kontra l- ibbuljar li jseħħ fuq  studenti LGBTIQ.

ETC issir Job Centre Plus

Kif ġie mħabbar, ladarba jkun  approvat l-Att Legali ġdid, il-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ (l-ETC) se tibda tissejjaħ Job Centre Plus.  . Huwa mistenni li fil- ġimgħat li ġejjin jibda jsir it-taħriġ ma’ min  iħaddem u min  qed ifittex ix-xogħol. Is-sistema se tkun disponibbli għall-użu ta’ kulħadd mill-bidu tas-sena d-dieħla.

Garanzija taż-Żgħażagħ

Fl-ewwel sentejn li ġiet implimentata l-Garanzija taz-Żgħażagħ, il-qgħad fost iż- żgħażagħ niżel minn 14.0% għal 8.7%. Dan huwa fost l-aħjar tnaqqis li ġie reġistrat fost il-pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea. Is-suċċess miksub jimliena bil-kuraġġ għaż-żmien li ġej u għaldaqstant din il-garanzija se tkompli tiġi offruta fis-snin li ġejjin.

Job Practice Scheme

Permezz tal-miżura tal-Job Practice l-istudenti tal-MCAST se jiġu offruti ċ-ċans li jkabbru l-portfolju tal-ħiliet tagħhom. Dan iwassal biex isibu impjieg li jkun jaqbel mal-linja tal-istudji tagħhom. 

Prekarjat

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jkun  qed jingaġġa seba’ spetturi tax-xogħol u staff ieħor biex ikunu mħarsa wkoll ir-regolamenti tal-Gvern kontra x-xogħol prekarju. Id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali se jkun  ukoll  qed ippubblika u jqassam Charter bil-kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol f’kull dar f’Malta u Għawdex sabiex il-partijiet kollha involuti, inklużi  ħaddiema f’setturi vulnerabbli, ikunu mgħarrfa bil-kundizzjonijiet bażiċi li huma jistennew li jkollhom fil-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.

Park Nazzjonali fin-Nofsinhar ta Malta

Se jinbdew ukoll  xogħlijiet biex ikun  żviluppat park ġdid fin-Nofsinhar ta’ Malta. Dan se jsir fuq  medda art fin-naħa ta’ l-Għassa tal-Munxar u tul il-kosta bejn il- Ponta taz-Zonqor f’Wied il-Għajn u l-Blata l-Bajda fix-Xgħajra. Għal dan il-għan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru waqqaf kumitat b’sehem mill-Ministeru tal-Ambjent u b’rappreżentanza ta’ esperti oħra sabiex ifassal pjan ta’ implimentazzjoni. Dan il-proġett huwa mistenni li jibda jitwettaq matul is-sena d-dieħla.

Għotja ta €7,000 għal karozza elettrika ġdida

Il-Gvern qed jerġa’ jdaħħal l-iskema għall-iskrappjar ta’ vetturi qodma u li jħammġu aktar. Permezz ta’ din l-iskema l-Gvern ser jagħti għotja meta tkun skrappajta karozza li jkollha 10 snin jew aktar meta tinxtara waħda ġdida. Sabiex ninċentivaw l-użu  ta’ vetturi li huma żgħar u jniġġżu anqas, se tingħata għotja ta’ €7,000  meta tinxtara vettura elettrika ġdida u tiġi skrappjata vettura antika, €4,000  meta tinxtara vettura elettrika iżda ebda vettura ma tiġi skrappjata, u €2,000  għal electric quadricycle. Fil-każ ta’ vetturi tal-passiġġieri ser tingħata għotja ta’ €2,000  għal vettura ‘hybrid ‘b’emmissjonijiet tad- dijossidju tal-karbonju ta’ bejn 50 – 65g/km, €3,000  għal vettura ‘plug in hybrid electric’ b’emmissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju ta’ bejn 1 – 50g/km, €900 meta tinxtara vettura b’emmissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju li ma jeċċedux il-100 g/km filwaqt li tingħata għotja ta’ €700  meta tinxtara vettura b’emmissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju ta’ bejn 101 g/km u 130 g/km. Għal dan il-għan, il-Gvern qed jalloka s-somma ta’ €600,000 u huwa mistenni li madwar 600 vettura jibbenefikaw minn din l-iskema. Din l-iskema ser tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2016.

Miżuri relatati ma vetturi elettriċi għannegozju

Biex inkomplu ninċentivaw ukoll  l-użu  ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi ħafna anke fis-settur kummerċjali, il-Gvern se jagħti għotja massima ta’ €7,000  meta tixtara vettura elettrika ġdida u tiġi skrappjata vettura li għandha aktar minn 10 snin, €4,000  meta tinxtara vettura elettrika iżda ebda vettura ma tiġi skrappjata, kif ukoll  għotja ta’ €2,000  għal electric quadricycle. Għal dan il-għan il-Gvern qed jalloka somma ta’ €100,000. Din l-iskema ser tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016. Ser ngħinu lil impurtaturi ta’ karozzi ġodda sabiex jinvestu f’ apparat u taħriġ meħtieġ biex issir  il-manutenzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku. Din l-skema se tkun limitata u għaldaqstant tingħata fuq  bażi first come first served. Flimkien wkoll ma din l-skema se nkunu qed ngħinu lil kumpaniji biex jiġu installati ‘charging points’ għal vetturi elettriċi. L-allokazzjoni għal dawn l-skemi se tkun ta’ €100,000. Dawn l-iskemi ser japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2016.

Estenzjoni tal-iskema tal-autogas

L-iskema tal-autogas fejn tingħata għotja ta’ 200 ewro għall- konverzjoni ta’ vetturi tat-tip M1 jew N1 se tiġi estiża għas-sena 2016.  L-allokazzjoni għal din l- iskema hi ta’ 50,000  ewro. Din l-iskema ser tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Skema għal tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi

Il-Gvern qiegħed idaħħal ċertu tibdil fil-kundizzjonijiet tal-iskema attwali ta’ meta persuna jirreġistra vettura sabiex tintuża fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi. Għal vetturi eliġibbli t-taxxa tar-reġistrazzjoni se tonqos minn 40% għal 30 fil-mija filwaqt li t-taxxa ta’ ċirkolazzjoni annwali se tkun 30 fil-mija tal-liċenzja kollha. Apparti minn hekk din il-miżura se tkun miftuħa għal kull vetturi tat-tip M1 li għandhom emissjonijiet minn 200g/km ‘l fuq.Ir-roħs ta’ 70 fil-mija tal-liċenzja annwali ser tkun miftuħa mhux biss  għal karozzi ġodda iżda anki vetturi u muturi li huma diġa reġistrati mal-Awtorita tat-Trasport.
Sistema’ ta’ cameras li tagħraf il-pjanċi

Ser jiġu installati wkoll numru ta’ cameras b’postijiet strateġiċi li jaħdmu b’sistema ta ANPR (li hija sistema li tagħraf il-pjanċi tal-vetturi), sabiex nikkontrollaw aħjar vetturi li għandhom iħallsu b’ lura taxxa taċ-ċirkolazzjoni annwali kif ukoll  vetturi bi pjanċi barranin. Għal dan il-proġett ser tkun allokata is-somm ta’ 100,000 ewro.

VRT kull sena għal vetturi li jkollhom aktar minn 160,000 kilometru jew aktar

Il-Gvern ħabbar li sabiex inkompli jinċentiva l-użu  ta’ karozzi moderni u ġodda, vetturi tat-tip M1 jew N1 li jkollhom 160,000 kilometru u aktar se jiġu sottomessi għal VRT kull sena flok kull sentejn. Din il-miżura tikkorisspondi md- direttiva tal-VRT.

Vintage vehicles’ jintużaw biss fi tmiem il-ġimgħa

Mill-aħħar emendi li saru fir-rigward tar-reġistrazzjoni u klassifikazzjoni ta’ vetturi ‘vintage’, il-Gvern qal li nnota żieda qawwija fin-numru ta’ vetturi reġistrati bħala ‘vintage’. Din iż-żieda ħadmet kontra x-xogħol u l-investiment kollu  li għamel il-Gvern f’dawn l-aħħar snin permezz ta l-‘scrappage scheme’. Dan qed jiġi meqjus bħala abbuż tal-inċentivi li ngħataw u għaldaqstant mis- sena 2016 ‘l quddiem, vetturi ‘vintage’ li diġà huma rreġistrati ser jkunu jistgħu jiġu użati biss  fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi. Biex wieħed juża il-vettura ‘vintage’ fi ġranet oħra, it-taxxa annwali ta’ ċirkoloazzjoni applikabbli trid titħallas kollha. Din il-miżura ser tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Il-muturi u quadbikes bl-elettriku bla taxxa tarreġistrazzjoni

Ser titneħħa wkoll it-taxxa tar-reġistrazzjoni minn fuq  muturi u ‘quad bikes’ li jaħdmu bl-elettriku. Din il-miżura ser tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Miżuri relatati ma muturi żgħar

It-taxxa annwali ta’ ċirkolazzjoni għal muturi b’magna inqas minn 125cc  ser torħos għal €10 ewro fis-sena, filwaqt li dawk b’magni inqas minn 250cc  ser tonqsilhom bin-nofs.

Apparti minn hekk sabiex inħeġġu iżjed nies inaqqsu l-użu  tal-karozzi, muturi b’magni inqas minn 125cc  jistgħu jiġu misjuqa minn kull min  għandu 18-il sena u ‘l fuq  u hu  fil-pussess ta’ liċenzja ta’ kategorija B. Din il-miżura ser tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Lallowance għall-istudenti Għawdxin fMalta se tdied bi €300

L-allowance li jingħataw l-istudenti Għawdxin f’Malta se tiżdied bi €300  għal kull student fis-sena. Din il-miżura tidħol fis-seħħ mis-sena d-dieħla.

Studju ġeoloġiċi dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Matul din is-sena sar pass importanti ’l quddiem rigward l-għażliet li għandna quddiemna dwar il-mod li bih nistgħu ngħaqqdu Malta u Għawdex permezz ta’ permanent link. Transport Malta u l-Gozo  Business Chamber flimkien ikkummisjonaw studju li kien ikkummissjonat lill-Ekonomista Dr Gordon Cordina, fejn ġew analizzati xenarji u metodi differenti. L-istudju jidentifika li fl-eventwalità li jsir proġett, l- aħjar għażla li tagħmel sens ekonomiku u finanzjarju tkun dik ta’ sub-seabed tunnel. Jirriżulta wkoll li dan il-proġett jista’ jsir anke bl-involviment dirett tas- settur privat. Il-pass li jmiss huwa li jsiru  l-istudji ġeoloġiċi neċessarji li għandhom jitfgħu aktar dawl fuq  il-vijabbilità teknika tal-metodu identifikat. Huwa ppjanat li matul din is-sena nkomplu nżidu fir-rittmu bil-ghan li nkunu f’pożizzjoni li nieħdu d-deċiżjonijiet finali.

Ebda tnaqqis mill-benefiċċju lill-kap tal-familja

meta jkollu t-tfal jaħdmu u jgħixu miegħu Mis-sena d-dieħla, għal fini ta’ għajnuna soċjali, id-dħul tat-tfal ta’ meta jkunu jaħdmu, ma jibqax jiġi kkunsidrat għat-test tal-mezzi tal-kap tal-familja. B’dan il-mod, ma jitnaqqasx €16.30c fil-ġimgħa, għal kull wild li jaħdem u jgħix  fid- dar. Pereżempju, familja ta’ 4 persuni, minflok €92.72c fil-ġimgħa, tibda tieħu €125.32c, jekk iż-żewġt itfal ikunu jaħdmu. Din il-miżura se tiswa €1.5 miljuni u tolqot ‘l fuq  minn 2,000 familja.

Għajnuna lil dawk qiegħda u li jridu jkomplu jistudjaw

Biex ngħinu lil dawk il-persuni li għandhom ‘il fuq  minn 23 sena li jħallu l- impjieg tagħhom biex ifittxu jtejbu l-ħiliet u l-edukazzjoni tagħhom, minbarra l- istipendju, se jingħataw id-dritt wkoll li jieħdu l-benifiċċju tal-qgħad. Din il- miżura se tapplika wkoll għal dawk li għandhom ‘il fuq  minn 23 sena li jirċievu l- għajnuna soċjali, li iżda jagħżlu li jibdew korsijiet edukattivi full-time.

Djar tal-Anzjani fBirkirkara

Il-Gvern se joħroġ Talba Għal Proposti biex tinbena djar tax-xjuħ ġewwa Birkirkara. Dan il-proġett se jkun  iffinanzjat fuq  bażi ta’ PPP mal-privat. Kif ikun lest dan il-proġett hemm ħsieb li jiċċaqalqu xi uffiċċji tad-Dipartiment tas-Saħħa fih.

Żieda ta €15 fl-għajnuna lil-Coeliacs

Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa nieda l-Iskema ta’ għoti ta’ Voucher ta’ valur monetarju ta’ €30 lill-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni kronika tas-Coeliac Disease. Filwaqt li pazjenti Coeliac li għandhom ‘l fuq  minn 60 sena u dawk li għandhom dħul baxx skont ir-Reġistru tas-Servizzi Soċjali jieħdu valur ta’ €50. Il-Ministru ħabbar li ġie deċiż li l-Voucher tat-€30 jiżdied għal wieħed ta’ €45.

€50 miljun għall-bini ta’ Housing Estates Ġodda

L-Awtorità tad-Djar qed taħdem fuq  pjan kif tista’ tilqa’ għad-domanda kontinwa għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Fil-preżent l-Awtorità għandha mal- 2,900 applikazzjoni pendenti. Għal dan il-għan, l-Awtorità tad-Djar se tidħol għal proġett ta’ €50 miljun biex b’hekk tkun f’pożizzjoni li żżid l-istokk tagħha għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dan il-proġett jinkludi bini fuq  art li huwa kopert bil-permessi maħruġa mill-MEPA, kif ukoll  ix-xiri mill-privat ta’ proprjetà li tinsab dilapitata.

Xogħlijiet ta Tisbiħ u Manutenzjoni fil-Housing Estates

L-Awtorità tad-Djar bi ħsiebha tkompli bil-programm ta’ proġetti ikbar li jkopru kemm tiswija kif ukoll  manutenzjoni u tisbiħ fi blokki  residenzjali f’diversi Housing Estates. Il-programm tas-sena d-dieħla jinkludi proġetti fi tliet lokalitajiet fosthom blokk ta’ 48 unit fil-Ħamrun fejn hu  ppjanat li jsiru  xogħlijiet ta’ tiswija u tibdil ta’ soqfa u kontrabjut waqt li se jsir ukoll  upgrading sħiħ tal-partijiet komuni estensivi tal-blokka. Dawn il-proġetti ta’ tisbiħ u manutenzjoni mistennija jlaħħqu spiża ta’ €800,000.

Capture

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.