Mistoqsija Parlamentari Dr. Deo Debattista – 9,171 każ ta’ kanċer f’Malta fl-aħħar ħames snin

PQ ta Dr.Deo Debattista –

9,171 każ ta’ kanċer f’Malta fl-aħħar ħames snin

Mill-Parlament .

Mill-2008 sal-2013 f’Malta ġew reġistrati 9,171 każ ta’ tumur primarju, maqsumin kważi ndaqs bejn nisa u rġiel, 4,591 u 4,580 rispettivament.inqas min-nofs irriżultaw fi mwiet (4,321), b’medja ta’ ftit iktar minn kwart tal-imwiet kollha f’pajjiżna (26.7%) fl-istess żmien.

L-iktar sena li matulha ġew irreġistrati każijiet ta’ tumur kienet l-2011, fil-każ ta’ 1,019 mara u 878 raġel.

Dan ħareġ minn informazzjoni mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-deputat Laburista Deo Debattista.

 

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.