‘Blitz’ ta’ tindif fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar

Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni se jwassal għal blitz ta’ tindif f’San Pawl il-Baħar, fil-Qawra, f’Buġibba, u fix-Xemxija.

Permezz tal-ftehim, id-diviżjoni se toffri:

 

  • Servizz addizzjonali ta’ ġbir ta’ skart fil-5:00pm mit-Tnejn sal-Ħadd;
  • Knis fit-toroq skont skeda stipulata mit-Tnejn sal-Ħadd;
  • Ħasil ta’ toroq, pjazez, u vendi kull lejl;
  • Ħasil ta’ litter bins u street furniture;
  • Tneħħija ta’ ħaxix ħażin minn żoni residenzjali;
  • Tneħħija ta’ skart illegali fl-istess żoni;
  • Tindif ta’ latrini pubbliċi darba fil-ġimgħa b’power wash u servizz addizzjonali ta’ mobile cleaning darbtejn kuljum.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista spjega li dan il-blitz sar biex id-diviżjoni tadatta għall-bżonnjiet ta’ nħawi mill-iktar bieżla ta’ pajjiżna. “Qed nitkellmu dwar żoni turistiċi li jattiraw eluf ta’ viżitaturi, u li r-residenti tagħhom ħaqqhom inħawi nodfa u siguri. Kemm ilni li ħadt ir-responsabbiltà tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, assigurajt li tadatta skont il-bżonnijiet ta’ lokalitajiet differenti biex ngħinuhom bl-aħjar mod”, temm jgħid Deo Debattista.

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li l-għan tal-Gvern huwa li jara li f’pajjiżna jkollna gvernijiet lokali ta’ eċċellenza u jinsab sodisfatt li l-kunsilli lokali wkoll għandhom dan l-għan. Silvio Parnis qal li dan il-Memorandum ta’ Ftehim huwa sinjal ċar ta’ għaqda bejn il-gvern ċentrali u l-gvern lokali għaliex qegħdin jaħdmu flimkien għal għan wieħed. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar—li huwa responsabbli għal Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija u San Pawl il-Baħar—għandu sfida turistika u l-Gvern huwa konxju ħafna ta’ dan. Dan huwa rifless fl-allokazzjoni finanzjarja mogħtija lil dan il-kunsill u huwa bis-saħħa ta’ din l-allokazzjoni finanzjarja li l-kunsill seta’ jiffirma dan il-ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni. Silvio Parnis għalaq id-diskors tiegħu billi assigura lil kulħadd, speċjalment lir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet, li din l-inizjattiva se twassal għall-bidla li tant hija meħtieġa.

 

 

Cleaning blitz in the St Paul’s Bay area

 

A Memorandum of Understanding, signed between the St Paul’s Bay Local Council and the Cleansing and Maintenance Division will lead to a cleaning blitz in St Paul’s Bay, Qawra, Buġibba, and Xemxija.

 

The MoU provides for the Division to offer:

 

  • An extra refuse collection service at 5:00pm from Monday to Sunday;
  • Street sweeping covering all roads in these areas as stipulated in a schedule to be agreed upon from Monday to Sunday;
  • Street washing along the promenade, bay square and bus terminus each night;
  • Washing of litter bins and street furniture with hot pressure;
  • Grass cutting works in all the residential areas;
  • Removal of illegally dumped waste in the same areas;
  • Cleaning of all public toilets weekly with and an additional service of mobile cleaning twice daily.

 

Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista said that this blitz is taking place so that the division can adapt to the needs of one of the busiest areas in our country. “We are dealing with a touristic zone which attracts thousands of visitors, and whose residents deserve a clean, safe area. Since assuming responsibility of the Cleansing and Maintenance Division, I have ensured that we adapt to the needs of different localities so we can assist them in the best possible way”, said Deo Debattista.

 

Parliamentary Secretary for Local Government and Communities Silvio Parnis stated that the Government’s aim is to make sure that our country has excellent local governments, and that he is pleased to affirm that this is also the local councils’ aim. Silvio Parnis said that this MoU is a clear sign of unity between the central government and the local government as it shows that they are working together for the achievement of a common goal. The Parliamentary Secretary also said that the St Paul’s Bay Local Council—which is responsible for Buġibba, Qawra, Xemxija and St Paul’s Bay—is facing a challenge in view of the amount of tourists visiting these localities, a challenge whith the Government is fully aware of. In fact, this is reflected in the funds allocated to this local council, by means of which the council was able to sign the Memorandum of Understanding with the Cleansing and Maintenance Division. Silvio Parnis concluded his speech by assuring everyone, especially the residents of these localities, that this initiative will generate a much-needed change.

Advertisements

One thought on “‘Blitz’ ta’ tindif fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar

  1. Kien hemm bzonn pero wara kollox il publiku hemm bzonn li jkun izjed iddixxiplinat il post ma jithammig wahdu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.