Pakkett Leġiżlattiv għall-Konsumaturi Ewropej diskuss f’Malta

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), organizzaw Djalogu mal-Konsumatur  f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta.

 

Minħabba li s-swieq qed jinbidlu, f’April li għadda il-Kummissjoni Ewropea addottat “New Deal for Consumers” għall-benefiċċju tal-Konsumatur, biex tippromwovi prattiċi ġusti u tibni fiduċja fost is-suq uniku.

 

Matul l-2018, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda torganizza sensiela ta’ Djalogi mal-Konsumatur fl-Istati Membri Ewropej kollha biex tispjega lil dawk kollha involuti, inkluż iċ-ċittadini, x’qed isir fl-Unjoni Ewropea għall-Konsumaturi, u biex anke tilqa’s-suġġerimenti ta’ x’jista jsir aħjar.

 

Fost l-għanijiet ta’ dan il-pakkett leġiżlattiv hemm: immodernizzar tar-regoli tal-konsumaturi biex iwieġbu għal sfidi kurrenti, indirizzar aħjar tal-opportunitajiet għall-konsumaturi u appoġġ effettiv ta’ infurzar ta’ awtoritajiet pubbliċi, titjib fl-għarfien dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, u trattament ugwali ta’ konsumaturi.

 

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Vera Jourová indirizzat is-sessjoni u tkelmet dwar x’inhi tagħmel l-Unjoni Ewropea għall-konsumaturi.

 

Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li “attwalment qegħdin niddiskutu l-proposti leġiżlattivi ġodda li għandhom l-għan li jimmoderniżżaw l-acquis tal-konsumatur fl-UE sabiex min-naħa jirriflettu t-teknoloġiji moderni, u min-naħa l-oħra jsaħħu l-infurzar tad-drittijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li jipprovdu mekkaniżmi ta’ rimedju.”

 

 

Il-Ministru Bonnici laqa’ il-proposta tal-Kummissjoni u qal li “din il-proposta tikkunsidra l-bżonn li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li jinħoloq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-interess ta’ min ibigħ. Malta hija kontinwament impenjata fil-benesseri tal-konsumaturi tagħna, u tagħmel dan billi tindirizza b’mod attiv perspettivi differenti.”

 

Il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Elena Grech, indirizzat il-ftuħ tas-sessjoni mas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista.

 

 

“Illum il-Konsumatur qed jaffaċċja prodotti differenti, u r-reklamar qed isir b’mod iktar sofistikat. B’hekk, l-importanza li wieħed iħares il-konsumatur għandu jkun bilanċjat mal-isfidi l-ġodda”, innota Debattista. Huwa rrimarka wkoll li “inizjattivi dwar edukazzjoni u informazzjoni, flimkien ma’ pakkett leġiżlattiv li huwa effettiv huwa kruċjali għall-ħarsien tal-konsumaturi Ewropej”.

 

New Legislative Package for European Consumers discussed in Malta

 

The European Commission Representation in Malta, in collaboration with the Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA), have organised a Consumer Dialogue event at Europa House, Valletta.

 

Since marketplaces are changing fast, last April, the European Commission adopted a “New Deal for Consumers” package to empower consumers, promote fairness and build trust across the single market.

 

Throughout 2018, the European Commission is organising a series of Consumer Dialogues in all EU Member States to explain to stakeholders and citizens what the EU is doing for them as consumers and to listen to their views on how the EU can better tackle their concerns.

 

The main aims of the legislative package proposed include: modernising consumer rules to respond to current challenges, better redress opportunities for consumers and supporting effective enforcement of public authorities, better knowledge on consumer rights, and equal treatment to consumers.

 

European Commissioner for Justice, Consumers and Gender Equality, Vera Jourová delivered a keynote speech on what the European Commission is doing for consumers.

 

During his adress, Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici said “we are currently discussing the new legislative proposals, which aim to modernise the EU consumer acquis to reflect modern technologies on the one hand, and strengthen the enforcement of consumer protection rights while providing redress mechanisms on the other. “

 

Minister Bonnici welcomed the Commission’s proposal as it takes “into account the need to strengthen consumer protection whilst aiming at striking a balance between consumer protection and traders’ interests in Malta. We are committed to the ongoing well-being of our consumers, which we actively address from various perspectives.”

 

Head of the European Commission Representation in Malta, Dr Elena Grech delivered the welcome speech together with Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista.

 

“Today’s consumers are facing new types of products, and marketing tools are becoming more sophisticated. Hence, the importance of ensuring that our consumer protection tools are fit to deal with emerging challenges,” noted Dr Debattista. He also remarked  that “ongoing education and information awareness initiatives combined with a strong legislative package that is effectively enforced are the key to best safeguard European consumers.”

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.