Titnieda sensiela ta’ sezzjonijiet pubbliċi dwar xiri online

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur u ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur f’Malta nedew sessjonijiet ta’ tagħrif bla ħlas għall-pubbliku ġenerali dwar ix-xiri online. L-iskop ta’ dawn is-sessjonijiet hu biex ifakkar lill-konsumaturi li  għandhom jinfurmaw sew lilhom infushom dwar il-proċess ħolistiku ta’ xiri online, biex jgħarrafhom dwar id-drittijiet tagħhom, u dwar kif għandhom jindunaw jekk sit elettroniku li jkunu se jixtru minnu jkunx serju jew le, fost oħrajn.

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista fakkar li l-konsumatur għandu jkun infurmat bl-aħjar mod dwar is-suq diġitali u kif jista’ jibbenefika minnu. “Għalhekk, għandha ssir aktar enfasi fuq l-edukazzjoni tal-konsumaturi dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom biex b’hekk nassiguraw li dawn jieħdu l-aħjar esperjenza meta jakkwistaw prodotti jew servizzi online.  Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni li tniedew illum, għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu l-informazzjoni li l-konsumaturi Maltin għandhom bżonn biex ikunu jistgħu igawdu mill-benefiċċji kollha tax-xiri online mingħajr ma jitpoġġew f’xi riskju,” qal Debattista.

 

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri sostna fuq l-importanza li wieħed ikun iżjed konxju tal-affarijiet meta jkun qed jixtri online. Schembri qal li minn studju li sar sentejn ilu mill-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni wera biċ-ċar li 78% tal-utenti tal-internet huma xerrejja diġitali filwaqt li ċerti konsumaturi stqarrew li joqogħdu lura milli jixtru online minħabba l-fatt li wieħed ma jistax jara u jipprova oġġett jew minħabba nuqqas ta’ tagħrif dwar kif wieħed jixtri online.  “Għaldaqstant, l-inizjattiva bejn l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni u l-Awtorità Maltija għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Kompetizzjoni hija ideali sabiex il-konsumatur ikun mgħarraf aħjar dwar id-dmirijiet u drittijiet tiegħu meta jixtri online,” qal Schembri.

 

Kull sessjoni se tkun twila sagħtejn u se titmexxa minn professjonisti mħarrġa. Dawk interessati jistgħu jirreġistraw billi jċemplu 21 255 495.

 

KVN_1895b copy.jpg

 

A series of online shopping awareness sessions launched

 

The Malta Communications Authority, the Malta Competition and Consumer Affairs Authority, and the European Consumer Centre in Malta have launched a series of free information sessions on online shopping for the public. The aim of these sessions is to inform consumers about the process of online shopping, to make them aware of their rights, and to inform them on how to spot dangerous websites, amongst others.

 

Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista reminded how consumers need to be best informed about the digital market and how they can benefit from it. “This is why more emphasis should be made on educating the consumers on their rights and obligations to ensure that the consumers are taking with them the best possible experience whilst shopping online. The information sessions launched today are aimed at giving all this information to Maltese Consumers, so they can enjoy all the benefits of online shopping without being put at risk,” Debattista said.

 

Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation Silvio Schembri emphasized the importance for customers to be more aware on the services offered when buying online. Schembri referred to a study that was carried out two years ago by the Malta Communications Authority which showed that 78% of the online users are digital buyers while some customers expressed their concerns on buying online because they are not able to see the product beforehand or due to the lack of information on how one should buy online. “Therefore, the initiative between the Malta Communications Authority and the Malta Competition and Consumers Affair Authority is ideal in order to inform consumers about their rights and obligations when buying online,” said Schembri.

 

Each session will be two hours in length and will be addressed by trained professionals. All those interested can register by calling 21 255 495.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.