Il-Valletta Pageant of the Seas lura għat-tieni edizzjoni

It-tieni edizzjoni tal-Valletta Pageant of the Seas, spettaklu kbir u uniku fil-Port il-Kbir li jipprovdi divertiment għall-familja kollha, jirritorna fis-7 ta’ Ġunju fil-5:30pm fil-Port il-Kbir, bħala parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tinkludi numru ta’ tlielaq kompetittivi, għawm, regatta, wirjiet ta’ dgħajjes tal-ġiri u tal-qlugħ, mużika, logħob tan-nar u ħafna aktar. Il-programm jibda’ wara nofsinhar fil-festa pubblika u jibqa’ sejjer sa tard filgħaxija, b’diversi attivitajiet sportivi binhar, u ċelebrazzjonijiet ikkuluriti billejl.

Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali hija l-Grand Entry, parata epika fejn il-karattru tal-Granmastru jidħol fil-Port il-Kbir fuq il-vapur Fernandes, akkumpanjat minn numru ta’ dgħajjes privati, u jiżbarka ħdejn Pinto 5. Dawk li għandhom dgħajjes privati huma mistiedna jipparteċipaw f’din il-parata. Wara, dawn għandhom l-opportunita’ li jankraw id-dgħajjes tagħhom f’sezzjoni apposta fil-port, minn fejn jistgħu jassistu għall-kumplament tax-xow.

Fost l-attivitajiet l-oħra hemm l-Għawma Toni Bajada – sfida tal-għawm fejn dawk interessati jistgħu jirreġistraw biex jgħumu mill-Forti Sant’Anġlu sal-Belt Valletta – kif ukoll Tellieqa Toni Bajada – tellieqa tal-għawm twila żewġ kilometri f’forma ta’ trijanglu, li tibda u tispiċċa fis-slipway f’Xatt il-Barriera. Madwar 200 għawwiem huma mistennija jipparteċipaw.

Dawk interessati jistgħu wkoll jużaw il-kreattività tagħhom biex joħolqu raftijiet minn materjal riċiklat matul Tellieqa Telliqun. Dawn ir-raftijiet ma’ jistghux jitħaddmu b’mutur jew bil-qdif.

Diversi dgħajjes tar-regatta, kemm Maltin kif ukoll internazzjonali, se jtellqu minn ħdejn id-Dwana l-qadima lejn Ras Ħanżir u lura, filwaqt li tnax -il dgħajsa tat-tip Chaudron u tmienja u għoxrin dgħajsa tal-qlugħ se joffru divertiment għal dawk preżenti bil-korjografiji rispettivi tagħhom fil-Port il-Kbir.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibqgħu għaddejjin sa tard billejl. Wara nżul ix-xemx, il-Port il-Kbir se jiġi animat minn projezzjonijiet fuq purtiera tal-ilma, wirja minn La Fura Dels Baus, kif ukoll xow pirotekniku kbir għall-grand finale, li jinkludi logħob tan-nar fuq l-ilma kif ukoll fuq il-Forti Rikasli.

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 qal “Bil-Valletta Pageant of the Seas, il-Port il-Kbir maestuż tagħna se jsir bħal palk teatrali. Din hija edizzjoni speċjali li se ddum sitt siegħat. Din hija waħda mill-attrazzjonijiet tal-Programm Kulturali ta’ Valletta 218. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li se jipparteċipaw u nħeġġeġ lill-pubbliku jingħaqad magħna fil-Port il-Kbir”.

Il-‘Valletta Pageant of the Seas hija r-relazzjoni bejn il-Belt Valletta l-baħar li jdawwarha, mill-istess formazzjoni tal-Belt, sal-fatt li tul is sekli, l-ibħra kienu l-għixien tal-Belt. B’dan l-avveniment se nkunu qed niċċelebraw diversi karatteristiċi Maltin fi sfond li tant aħna magħrufin għalih -il-Port il-Kbir,” qal is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal li pajjiżna għamel passi kbar fejn jidħol is-settur kulturali f’dawn l-aħħar snin u ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Valletta 2018 huma prova u turija ċara tas-suċċess ta’ pajjiżna f’dan is-settur. Il-Valletta Pageant of the Seas toffri ftit minn kollox, għal kulħadd – tlielaq kompetittivi, spettaklu viżwali fuq il-baħar, mużika u anke logħob tan-nar. Dan l-avveniment jiġbor diversi aspetti tal-kultura Maltija f’daqqa, kif mistenni minn Valletta 2018. Din se tkun festa kbira oħra li se titniżżel mal-lista ta’ ċelebrazzjonijiet kbar u ta’ suċċess f’pajjiżna u fil-belt kapitali tagħna. Dan l-ispettaklu żgur mhux ta’ min jitilfu.”

Dan l-avveniment hu organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, b’kollaborazzjoni ma’ In Guardia Parade, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Birkirkara St Joseph Sports Club, Għaqda Regatta Nazzjonali, Chaudron Powerboats, Surfside Charter Company Ltd, Mad About Video Ltd, La Fura Dels Baus, is-Soċjetà Mużikali ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq, il-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ, u l-Independent Fireworks Factory. Dan l-avveniment hu ssapportjat mill-Forzi Armati ta’ Malta, il-Pulizija ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ir-Red Cross, il-kunsilli lokali rispettivi tal-Belt Valletta, l-Furjana, L-Isla u l-Kalkara, il-Kunsill Malti tal-Arti u Heritage Malta.

PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET

Valletta Pageant of the Seas 2018

Il-Ħamis, 7 ta’ Ġunju, 2018

TELLIEQA TONI BAJADA

Tellieqa tal-għawm ta’ 2km, tibda u tispiċċa fis-slipway ta’ Xatt il-Barriera. Madwar mitejn għawwiem se jipparteċipaw f’din it-tellieqa f’forma ta’ trianglu.

Organizzata minn: Birkirkara St Joseph Sports Club

Appoġġjata minn: Red Cross, Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ALE Rafts

Ħin: 4.30pm

THE GRAND ENTRY

Il-Granmastru, akkumpanjat minn membri ta’ In Guardia, jidħol fil-Port il-Kbir fuq il-Fernandes – li se jkun imżejjen għall-okkażjoni – akkumpanjat minn grupp ta’ dgħajjes privati. Il-Fernandes ibaħħar sa Pinto 5, fejn il-Granmastru u In Guardia jiżbarkaw. Is-sidien tad-dgħajjes privati parteċipanti huma mistiedna joħorġu mill-port, inkella jankraw id-dgħajjes tagħhom f’sezzjoni apposta fil-port.

Ħin: 5.30pm

 REGATTA

Tmien dgħajjes tar-regatta Maltin u tmien dgħajjes internazzjonali jtellqu minn ħdejn id-Dwana l-antika sa Ras Ħanżir u lura

Ħin: 6.15pm

TELLIEQA TELLIQUN

Tellieqa divertenti madwar il-port fuq raftijiet magħmulin mill-parteċipanti mingħajr l-użu ta’ mutur jew qdief. Ir-raftijiet huma kollha magħmula minn materjal riċiklat.

Ħin: 6.45pm

GĦAWMA TONI BAJADA

Għawma f’linja dritta bejn Forti Sant’Anġlu u s-slipway ta’ Xatt il-Barriera. L-għawwiema kollha se jirkbu d-dgħajsa Atlantis minn ħdejn il-Pixkerija l-antika, u jiżbarkaw ħdejn Forti Sant’Anġlu minn fejn tibda t-tellieqa.

Organizzata minn: Birkirkara St Joseph Sports Club

Appoġġjata minn: Red Cross, ALE Rafts u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Ħin: 7.00pm

WIRJA MINN CHAUDRON POWERBOATS

Tnax -il dgħajsa tat-tip Chaudron jidħlu fil-Port il-Kbir u jippreżentaw koreografija ta’ ħmistax -il minuta.

Ħin: 7.45pm

ĊERIMONJA GĦOTI TA’ PREMJI

Jingħata l-Palju mir-rebbieħa tal-2016 lir-rebbieħa tal-2018. Jinkludi rappreżentazzjonijiet mużikali minn baned.

8.00pm – 9.00pm

WIRJA TA’ DGĦAJJES TAL-QLUGĦ

Tmienja u għoxrin dgħajsa tal-qlugħ, imżejna bi bnadar u dwar, jidħlu fil-port mill-yacht marina tal-Kalkara u jippreżentaw koreografija ta’ għoxrin minuta.

Ħin: 9.00pm

KOR

Kor ikanta biċċa mill-opra ġdida, Aħna Refuġjati

Ħin: 9.20pm

PROJEZZJONIJIET FUQ L-ILMA

Il-Port il-Kbir se jiġi animat bi projezzjonijiet awdjoviżwali fuq purtiera tal-ilma

Ħin: 9.45pm

LA FURA DELS BAUS

Wirja mill-grupp teatrali Spanjol, La Fura Dels Baus

Ħin: 10.05pm

GRAND FINALE

Wirja piroteknika fil-Port il-Kbir, li tinvolvi logħob tan-nar fuq numru ta’ riggijiet fl-ilma kif ukoll logħob tan-nar fl-ajru minn fuq Forti Rikasli

Ħin: 11.00pm

 

Valletta Pageant of the Seas back for second edition

The second edition of the Valletta Pageant of the Seas, a unique, large-scale spectacle providing entertainment for the whole family will be back on the 7th June at 5.30pm in the Grand Harbour as part of the Valletta 2018 Cultural Programme.

This year’s edition of the Valletta Pageant of the Seas will include a number of competitive races, swimming challenges, a regatta, powerboat and sailing boat shows, audio-visual projections, music, fireworks and much more. The programme spans throughout the afternoon and evening of the public holiday, hosting fun sport activities by day, and colourful celebrations by night.

One of the highlights of the day is the Grand Entry, an epic pageant during which the character of the Grandmaster will enter the Grand Harbour on the Fernandes, accompanied by a number of boats, disembarking at Pinto 5. Private boat owners are encouraged to take part in this pageant. After the Grand Entry, private boat owners will have the opportunity to anchor their boats in a designated area in the harbour, from where they can enjoy the rest of the show.

Other activities include Għawma Toni Bajada – a fun swimming challenge in which swimmers can register to swim from Fort St Angelo to Valletta – and Tellieqa Toni Bajada – a 2km long aquatic race in the form of a triangle, starting and finishing at the Barriera Wharf slipway. Around two hundred swimmers will be taking part in this race.

Participants may also use their creativity to create their own rafts which they can race during Tellieqa Telliqun. The participating rafts may be created using various materials, however, they cannot include motors or oars.

Regatta boats, pertaining to both Maltese regatta clubs as well as international guests, will race from the Old Customs House down to Ras Hanżir and back, while twelve Chaudron boats and twenty-eight sailing boats will also be entertaining those present with their respective choreographies in the Grand Harbour.

Celebrations go on till the late evening. After sundown, the Grand Harbour will be animated with projections on a water curtain, a show by La Fura Dels Baus, as well as a large-scale pyrotechnic show for the grand finale, which includes aerial fireworks from various floats rigged in the water, as well as from Fort Ricasoli.

Valletta 2018 Chairman Jason Micallef said “With the Valletta Pageant of the Seas, our majestic Grand Harbour will act as a theatre stage. This is a special edition which will take up to six hours. This is a highlight of the Valletta 2018 Cultural Programme. I would like to thank all those particiapting and encourage the public to join us in the Grand Harbour.”

“The Valletta Pageant of the Seas is the relationship between Valletta and the Sea which surrounds it, from the formation of the city, to the fact the throughout the ages, these same seas were Valletta’s entire being. This event will celebrate a number of Maltese characteristics in a site which we are very well known for the Grand Harbour,” said Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista.

Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici said that “Malta has achieved numerous accomplishments  in the culture sector during the past few years and Valletta 2018 celebrations are a clear example of the successes this country has seen in this sector. The Valletta Pageant of the Seas has something to offer for everyone including competitive races, a visual spectacle on the sea, music and even fireworks. This event brings together many aspects of Maltese culture. This will yet again be a great feast which will become part of the huge successful celebrations of our country and our capital. This is definitely a spectacle which is not worth missing.”

This event is being organised by the Valletta 2018 Foundation, in collaboration with In Guardia Parade, the Malta Tourism Authority, Birkirkara St Joseph Sports Club, the Malta Rowing Association, Chaudron Powerboats, Surfside Charter Company Ltd, Mad About Video Ltd, La Fura Dels Baus, St Catherine’s V.M. Musical Society Żurrieq, St George’s Fireworks Factory and Independent Fireworks Factory Qrendi. Supported by the Armed Forces of Malta, the Malta Police Force, the Civil Protection Department, Red Cross, the respective Valletta, Floriana, Senglea and Kalkara local councils, Arts Council Malta and Heritage Malta.

 

PROGRAMME OF EVENTS  

The Valletta Pageant of the Seas 2018

Thursday, 7th June, 2018

 TELLIEQA TONI BAJADA

 A 2km aquatic race, starting and finishing at the Barriera Wharf Slipway. Around two hundred trained swimmers will be participating in this triangle-shaped race.

Organised by: Birkirkara St Joseph Sports Club

Supported by: Red Cross, the Civil Protection Department and ALE rafts

Time: 4.30pm

THE GRAND ENTRY

 The Grandmaster, accompanied by In Guardia, enters the Grand Harbour on the Fernandes – which will be decorated for the occasion – accompanied by a group of privately owned boats. The Fernandes sails to Pinto 5, where the Grandmaster and In Guardia members disembark. Private boat owners are instructed to either leave the harbour or anchor their boats in the designated area in the harbour.

 Time: 5.30pm

REGATTA

Eight Maltese regatta boats and eight international ones race from Old Customs House to Ras Hanżir and back.

Time: 6.15pm

TELLIEQA TELLIQUN

A fun race around the harbour on hand-made rafts without the use of motors or rowing. All rafts are manufactured by participants from recycled material.

Time: 6.45pm

GĦAWMA TONI BAJADA

A straight-line swim between Fort St Angelo and Barriera Wharf slipway. All swimmers will embark the Atlantis boat alongside the Old Fisheries and disembark by Fort St Angelo, where the race begins.

Organised by: Birkirkara St Joseph Sports Club

Supported by: Red Cross, ALE and the Civil Protection Department

Time: 7.00pm

CHAUDRON POWERBOAT SHOW

Twelve Chaudron boats enter the Grand Harbour to produce a 15-minute choreography

Time: 7.45pm

AWARDS CEREMONY

The handing over of the Palju from the 2016 winners to the new 2018 winners. Includes band performances.

8.00pm – 9.00pm

 SAILING BOAT SHOW

Twenty-eight sailing boats, decorated with flags and fairy lights, enter the harbour from Kalkara yacht marina to perform a 20-minute choreography.

Time: 9.00pm

CHOIR

Choir perform a piece from the new opera, Aħna Refugjati

Time: 9.20pm

ANIMATED PROJECTIONS

The Grand Harbour is animated with audio-visual projections on a water curtain

Time: 9.45pm

LA FURA DELS BAUS

A show by Spanish theatrical group, La Fura Dels Baus

Time: 10.05pm

GRAND FINALE

A special pyrotechnic show in the Grand Harbour, involving fireworks on a number of floats rigged in the harbour, as well as aerial fireworks from Fort Ricasoli

Time: 11.00pm

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.