Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv tal-Awtorità dwar il-Mediċini

“Il-ftehim intlaħaq wara diskussjonijiet kordjali ħafna bejn l-Awtorità u l-Union li tagħha jappartjenu l-ħaddiema tagħha, bl-appoġġ tal-Unit għar-Regolarizzazzjonijiet Industrijali fi ħdan id-Diviżjoni dwar Nies u Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan il-ftehim jirikonoxxi x-xogħol li jsir mil-Awtorità dwar il-Mediċini biex tassigura s-sigurtà, l-kwalità u l-effikaċja tal-mediċini li jinsabu fis-suq Malti u r-regolamentazzjoni tal-attivitajiet farmaċewtiċi,” qal is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista. Il-ftehim kollettiv tal-Awtorità dwar il-Mediċini kien iffirmat fil-preżenza ta’ rappreżentanti mill-UĦM – Voice of the Workers u ċ-Chairman tal-Awtorità l-Professur Anthony Serracino Inglott.

Fost oħrajn il-ftehim kollettiv se jassigura traġitt ċar għall-karrieri tal-impjegati f’ livelli għolja, inċentivi aħjar biex l-impjegati jkomplu l-istudji tagħhom, miżuri mtejba ta’ ritenzjoni tal-persunal permezz ta’ skali wiesa’ ta’ pagi, appoġġ estensiv għal edukazzjoni kontinwa lill-gradwati fix-xjenza u t-teknoloġija farmaċewtika, u appoġġ biex l-impjegati jkunu jistgħu  jaħdmu mid-dar u fl-istess ħin tissaħħaħ l-effiċjenza.

L-Awtorità dwar il-Mediċini se tkompli pjani biex twettaq l-istandards għoljin Ewropej f’oqsma li jinkludu t-tagħmir mediku, il-kannabis għall-użu mediċinali u l-prodotti veterinarji.

“L-Awtorità temmen bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-impjegati tagħha u dan jiġi rifless fl-investiment qawwi li din tagħmel fit-taħriġ tat-talenti u r-riżorsi tagħha.  Ġew ikkonsolidati metodi kif kull impjegat fl-Awtorità dwar il-Mediċini jista’ jibni karriera u jirnexxi f’ħidmietu b’sodisfazzjon għalih u għas-soċjetà.  Dan il-ftehim jgħin biex jintlaħaq l-għan fejn kull impjegat jilħaq il-milja tiegħu,” temm jgħid Debattista.

 

 

Parliamentary Secretary Deo Debattista presides over the signing of the Malta Medicines Authority Collective Agreement

“This agreement was reached after very cordial discussions between the Medicines Authority and the Union which represents the Authority’s employees, with the support of the Industrial Relations Unit within the People and Standard’s Division of the Office of the Prime Minister. This agreement recognizes the work done by the Medicines Authority to ensure security, quality, and efficacy of medicines in the Maltese market, and the regulations of pharmaceutical activities,” Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista said during the signing of the collective agreement. The agreement was signed in the presence of representatives of UĦM – Voice of the Workers and Medicines Authority Chairman, Professor Anthony Serracino Inglott.

The collective agreement assures, amongst others, clear career paths for all employees at high levels, further incentives for employees to carry out advanced studies, improved staff retention measures through wider salary scales, extended support for continuous education for graduates in science and pharmaceutical technology, and support for employees to carry out duties from home and at the same time, strengthening efficiency.

The Medicines Authority will continue to set high European standards in sectors such as medical devices, medical cannabis, and veterinary products.

“The Authority believes in the development of its employees, and this is reflected in its strong investment in training and resources. It also strengthened methods on how each employee can build a career and can succeed in his work to the satisfaction of himself and society. This agreement will help each employee reach his peak,” Debattista concluded.

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s