Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jniedi l-identità korporattiva ġdida tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur

“L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur qed tinvesti fit-teknoloġija biex tkun iktar viċin iċ-ċittadin, biex ittejjeb is-servizzi li għandha, kif ukoll toffri oħrajn ġodda. Trid tkun konformi mal-avvanz tat-teknoloġija u għalhekk it-tibdil fid-dehra korporattiva tagħha qed isir biex jirrifletti t-tibdil li qed iseħħ fl-MCCAA”, qal is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista.

Huwa qal dan meta kien qieghed iniedi identità korporattiva ġdida tal-Awtorità fuq stedina taċ-Chairperson tagħha, Helga Pizzuto.

L-MCCAA tkopri fiha erba’ entitajiet: l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, id-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi u l-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija.

Mifruxin fi tliet lokalitajiet differenti fejn għandhom l-uffiċċji l-Blata l-Bajda u l-laboratorji f’Kordin u l-Mosta, dawn l-erba’ entitajiet joffru servizzi varji lin-nies, lill-kumpaniji u anki lill-Gvern.

Matul din is-sena, l-Awtorità mistennija tniedi diversi servizzi onlajn permezz tal-websajt il-ġdida tagħha. Dan ser iwassal biex l-Awtorità iżżid l-effiċjenza tagħha u b’hekk tkun tista’ timmassimizza r-riżorsi tagħha.

“Il-Gvern huwa mpenjat li jsaħħaħ is-servizzi tiegħu lill-konsumaturi u l-bejjiegħa. Qed titqajjem iktar kuxjenza dwar l-importanza ta’ awtoritajiet bħall-MCCAA biex taħdem bi sħiħ għall-gwadann ta’ kulħadd. Il-Gvern se jassigura li s-servizzi ta’ din l-Awtorità lejn in-nies t’hemm barra jissaħħu u jiżviluppaw”, temm jgħid Debattista.

 

 

“The Malta Competition and Consumer Affairs Authority is investing in technology to be closer to the citizen, to improve its services, and offer new services. It aims to be at a par with technological advancements, and so, the improvement of the corporate image also reflects changes happening with the MCCAA”, Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista said.

He said so during the launch of the new corproate identity of the Authrotiy, upon invitation of Chairperson Helga Pizzuto.

MCCAA is home to four entities: the Office for Consumer Affairds, the Office for Competition, the Technical Regulations Division, and the Institue for Standards and Metrology.

Found in three different localities with an office in Blata l-Bajda, and laboratories in Kordin and Mosta, these four entities offer a variety of services to people, companies, and the Government.

This year, the Authority will launch a variety of online services through its new website. This will allow the Authority to become more efficient and maximize its resources.

“The Government is committed to strengthening its services to the consumers and sellers. More awareness is being raised on the importance of authorities such as the MCCAA to work for the benefit of all. The Government will ensure that the services of this Authority to the people will continue to improve and develop”, Debattista concluded.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.