Suċċess kbir fl-ewwel serata tal-Festa l-Kbira fil-Belt Valletta

Iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Festa l-Kbira bdew permezz ta’ kunċert li sar f’Pjazza San Ġorġ mis-Soċjetà Filarmonika King’s Own u s-Soċjetà Filarmonika La Valette il-Belt Valletta u li matulu wasslu messaġġ qasir il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, u d-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Catherine Tabone.

Il-Ministru Bonnici qal li “Din hija festa unika ferm għax tiċċelebra l-kultura Maltija u t-tradizzjonijiet Maltin. Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura ttina ċ-ċans li niċċelebraw il-kultura fid-diversi forom tagħha minn żfin u arti kontemporanja għal tradizzjonijiet Maltin bħal festi li kollha jagħmlu parti mill-identità tagħna bħala poplu Malti.”

“Huwa obbligu u dmir tagħna li naħdmu bla waqfien biex nipperservaw il-passat, kif ukoll insaħħu l-futur ta’ dan is-settur uniku. Il-kultura hija għal qalb ħafna minnha – u għalhekk aħna mpenjati biex il-kultura tkun aċċessibbli għal dak li jkun. L-istrateġija tal-Gvern fejn jidħol dan il-qasam huwa li jkun hemm kultura inklussiva f’din in-niċċa ekonomika emerġenti li kull ma jmur dejjem qed tissaħħaħ u tavvanza,” enfasizza l-Ministru Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari Debattista qal li l-Festa l-Kbira hija avveniment għal qalb ħafna għaliex hija okkażjoni fejn il-festa Maltija se tingħata valur Ewropew. “Iżda fuq kollox, hija okkażżjoni eċċellenti fejn il-każini, il-komunità Beltija, residenti, dilettanti tal-festi, u kull min jagħti sehemu kull sena f’waħda mill-erba’ festi, ingħata spazju fil-programm kulturali ta’ Valletta 2018, fejn l-għaqda hija l-forza”.

“Dan, bħala Maltin, għandna ngħożżuh, għaliex il-Kultura mhi xejn mingħajr il-komunità li tgħixha”, temm jgħid Debattista.

Micallef qal li “ Il-Fondazzjoni Valletta 2018 dejjem emmnet li l-kultura hi ta’ kulħadd. Il-missjoni tagħna sa mill-bidu kienet li kulħadd jingħata l-opportunità li jieħu sehem fil-programm kulturali tagħha, mhux biss bħala parteċipant passiv, iżda anke bħala wieħed attiv. Irridu inżidu l-udjenzi imma wkoll il-parteċipazzjoni.Din il-Festa, maħluqa mill-poplu u għall-poplu, hija eżempju ċar tal-impenn tagħna biex il-kultura tkun verament ta’ kulħadd.”

“Din l-inizjattiva hija parti essenzjali mill-impenn tal-Fondazzjoni Valletta 2018 li tippronwovi u tħares il-wirt kulturali intangibbli ta’ pajjizna,” stqarret Tabone.

 

A great first night as Il-Festa l-Kbira celebrations in Valletta kick-off

 

Celebrations in relation to Il-Festa l-Kbira continued with a concert in St George’s Square held by the King’s Own Band Club and the La Valette Band Club, during which Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici, Parliamentary Secretary for Consumer Rights and Valletta 2018 Deo Debattista, Valletta 2018 Chairman Jason Micallef and Valletta 2018 Executive Director Catherine Tabone delivered a short message.

Minister Bonnici said “this is definitely a unique feast as it celebrates Maltese culture and traditions. The European Capital of Culture is providing us with an opportunity to celebrate our culture in its diverse forms, from dance to contemporary art, to Maltese traditions such as feasts, which all form part of our identity.”

 

“It is our obligation and duty to work tirelessly in order to preserve our past, and also strengthen the future of this unique sector. Culture is at the heart of many – therefore we are committed to ensure that culture is accessible to everyone. This Government’s strategy for this sector is to provide an inclusive culture for this emerging economic niche which is increasingly evolving and being strengthened,” emphasised Minister Bonnici.
Parliamentary Secretary Debattista insisted that Il-Festa l-Kbira is an event treasured by many, because the Maltese festa will be given extraordinary European value. “Above all, it is an excellent occasion for band clubs, the Valletta community, residents, feast enthusiasts, and all those who contribute to one of the four festas, were given a space in the Valletta 2018 Cultural Programme, where unity is force”.

 

“As Maltese, we must treasure this, because Culture is nothing without the communities that live it”, Debattista said.

 

Micallef said that “ the Valletta 2018 Foundation always believed that culture belongs to everybody. Its mission, from the beginning, was to give everyone the opportunity to take part in its cultural programme, not only as a passive participant but also in an active manner. We want to increase audiences, but also participation. This Festa, created by the people for the people, is a clear example of our commitment towards these principles.”

 

“This initiative is an essential part of the Valletta 2018 Foundation’s commitment to promote and safeguard our country’s intangible cultural heritage,” stated Tabone.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.