Valletta 2018 tniedi l-Festa l-Kbira

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ħabbret il-programm tal-Festa l-Kbira –attività unika fejn l-erba’ festi u ż-żewġ baned tal-Belt Valletta jingħaqdu għall-ewwel darba bħala parti mill-programm Kulturali ta’ Valletta 2018.

Il-Festa l-Kbira ser titella’ bejn l-4 u s-7 ta’ April fil-Belt Valletta u fil-Port il-Kbir.

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef tenna, “Din hija tassew okkażjoni speċjali li tgħaqqad flimkien il-komunità tal-Belt Valletta kollha kemm hi kif ukoll dik tal-Kottonera li ser tkun qed tipparteċipa fir-regatta”.

Il-qofol tal-Festa l-Kbira ser ikun is-Sibt 7 ta’ April meta ser isiru purċissjonijiet bl-istatwi titulari ta’ San Pawl, San Duminku, il-Madonna tal-Karmnu u Santu Wistin wara ċelebrazzjonijet reliġjużi fl-erba’ knejjes rispettivi. L-erba’ statwi ser jiltaqgħu fi Pjazza San Ġorġ fejn l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna ser imexxi t-talb. Wara, l-istatwi akkumpanjati mill-baned, ser jimxu matul Triq ir-Repubblika lejn Bieb il-Belt qabel ikomplu r-rotta lejn il-knejjes rispettivi tagħhom.

Il-Ġimgħa 6 ta’ April, ser jittella’ marċ u kunċert konġunt bejn il-baned King’s Own u La Valette f’Pjazza San Ġorġ.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici sostna, “Il-Baned huma parti mit-tradizzjoni kulturali ta’ pajjiżna u parti integrali minn dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin”. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jappoġġja dawn l-għaqdiet b’mod konkret, għaliex jagħraf li l-każini tal-baned huma għaqdiet volontarji li jħaddnu rwol importanti fil-komunitajiet.

Huwa żied li fuq inizjattiva tal-Ministeru permezz ta’ proċess kompetittiv amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Baned Maltin, is-sena li għaddiet 21 soċjetà mużikali ngħataw għajnuna finanzjarja għal total ta’ €180,000, bl-iskop li l-każini tal-baned ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu lejn il-kultura u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna. Nemmen li din l-attività se tkun suċċess u wkoll turi għaqda permezz tal-kultura.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista tenna, “Din l-attività hija okkażżjoni eċċellenti fejn il-każini, il-komunità Beltija, residenti, dilettanti tal-festi, u kull min jagħti sehmu kull sena f’waħda mill-erba’ festi ngħata spazju fil-programm kulturali ta’ Valletta 2018. Il-Festa l-Kbira tirrifletti kemm il-programm ta’ Valletta 2018 huwa wieħed inklussiv li ta vuċi mhux biss lill-artisti, iżda anke liċ-ċittadini.”

Bħala parti mill-programm tal-Festa l-Kbira, il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu ser tiġi kkonsagrata u jiġi wkoll inawgurat pavimentar ġdid.

Tħabbar ukoll li r-regatta li tradizzjonalment issir f’Jum il-Ħelsien ser tkun organizzata waqt il-Festa l-Kbira. Ser titella’ wkoll tellieqa speċjali għal dawk il-parteċipanti ta’l fuq minn 40 sena u ser tiġi ppreżentata Shield ta’ Valletta 2018.

Il-kellima rringrazzjaw

lill-Arċisqof Scicluna, il-Kurja, Sports Malta, il-pulizija kif ukoll lill-komunitajiet tal-Belt Valletta u l-Kottonera għall-entużjażmu u l-appoġġ tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet.

Il-Festa l-Kbira tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Parroċċa ta’ Porto Salvo u San Duminku, il-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Parroċċa ta’ Santu Wistin, u l-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. Is-Società Filarmonica Nazionale La Valette u s-Società Filarmonica King’s Own ser jakkumpanjaw lill-vari ta’ San Pawl u San Duminku rispettivament filwaqt li l-Queen Victoria Band taż-Żurrieq ser takkumpanja lill-vara tal-Madonna tal-Karmnu u l-Banda Beland taż-Żejtun ser takkumpanja lill-vara ta’ Santu Wistin.

Il-programm tistgħu issegwuh hawn:

https://valletta2018.org/attivitajiet/il-festa-l-kbira/?lang=mt

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s