Il-Ministru Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista f’laqgħat f’Palermo

Ir-relazzjoni b’saħħitha bejn il-Gżejjer Maltin u il-Kapitali ta’ Sqallija, li din is-sena hija l-Kapitali Taljana tal-Kultura, qed tkompli tissaħħaħ.

Il-Ministru Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista kienu mistiedna speċjali fl-aħħar jiem tal-Kunsill Lokali ta’ Palermo fl-inizjattiva ‘Click Day’, li fost oħrajn iċċelebrat l-identita’ tal-Kapitali Sqallija.

Iż-żewġ rappreżentanti tal-Gvern Malti pparteċipaw f’diskussjonijiet dwar kif iż-żewġ Kulturi uniċi jistgħu jikkollaboraw b’mod aħjar sabiex l-ibliet Maltin, Għawdxin, u Sqallin jitpoġġew fuq il-mappa dinjija b’iktar prominenza, u kif in-negozji taż-żewġ pajjiżi jistgħu jissaħħu b’dan il-ġemellaġġ kulturali ġdid li nħoloq taħt il-kappa ta’ Kapitali Lokali u Ewropea tal-Kultura.

B’sodisfazzjon, iż-żewġ rappreżentanti minn Malta ħabbru ukoll diversi proġetti li se jsiru bi sħubija ma’ Palermo, fosthom Casa Malta, li se ssir f’Palazzo Asmundo f’Palermo bejn it-8 u il-11 ta’ Marzu li ġej, u Casa Palermo, li se ssir bejn it-13 u t-18 ta’ April li ġej f’Malta.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s