Valletta uffiċċjalment il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura

 

L-20 ta’ Jannar immarka l-bidu ta’ l-ikbar investiment kulturali li qatt raw il-Gżejjer Maltin: il-bidu tar-renju tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Fid-diskors tiegħu għall-okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici saħaq li “il-proġett ta’ Valletta 2018 jinħass li huwa diġà storja ta’ suċċess, anka qabel ma bdiet is-sena 2018. Diġà hija, b’aktar minn mod wieħed, missjoni mwettqa.
Dawn l-aħħar snin, fil-preparazzjoni għall-Valletta 2018, kienu katalisti għal tkabbir ekonomiku  meraviljuż, kif ukoll għall-enerġija u l-ħajja li ssib fil-Belt illum il-ġurnata. Aħna rnexxielna nżommu l-karattru ta’ din il-belt unika, mibnija mill-Kavallieri ta’ Malta fis-seklu sittax.Valletta 2018 hija prova li l-kultura tista’ tbiddel l-affarijiet.”

“Il-kultura verament trawwem l-identità tal-persuni. Wieħed jista’ jara li l-kultura qiegħda ssir punt ċentrali f’ħajjitna, u li l-istrateġija tagħna fejn tidħol il-promozzjoni tal-kultura qiegħda taħdem sew”, temm jgħid il-Ministru.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista fakkar kif dan hu avveniment tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, mhux biss ta’ naħa jew oħra, u mhux biss tal-Belt Valletta.

“Qegħdin inkunu xhieda ta’ riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u urbana li bħalha ma rajna qatt qabel. Il-Belt Valletta qed tgawdi minn rinaxximent ġdid, li beda’ fl-2011 bin-nomina ta’ Gvern Preċedenti lill-Kummissjoni Ewropea”, spjega Debattista.

Il-Gvern preżenti kompla jinvesti  bil-kbir fil-ħolqien ta’ opportunitajiet għal trasformazzjoni ġenwina.

Il-kreattività u l-innovazzjoni saru komponenti ewlenin tal-viżjoni u tal-aspirazzjoni ta’ Valletta 2018, biex b’hekk, il-Belt Valletta issa dieħla f’era ġdida u eċitanti. Era li fiha, il-Gvern se jżomm lill-Belt Valletta u r-residenti tagħha prijorità.

“Irridu nużaw din l-opportunità biex il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura ma tkunx biss Ewropea iżda aktar globali. Hija l-ambizzjoni tagħna li noħolqu interazzjonijiet sinifikanti.Dan huwa il-bidu ta’ sfida ġdida li se twassal għal żmien glorjuż u bla tmiem għall-Belt Valletta. Se nuru li għalkemm aħna l-iżgħar Kapitali fl-Eworpa, għandna wieħed mill-ikbar patrimonji, li jagħmel lill-dawn il-gżejjer kburin li għandhom il-Kapitali Valletta”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

 

 

Valletta crowned European Capital of Culture

The 20th of January marked the beginning of the largest investment in the local culture sector in Maltese History: Valletta’s reign as European Capital of Culture.

In his opening remarks, Culture Minister Owen Bonnici said that “Valletta2018 is a success story, even before it even started.  In more ways than one, it is a mission-accomplished.  The last years, the run-up to Valletta 2018, have been a catalyst for wonderful economic growth, buzz and energy here in Valletta.  We managed to retain its character as a unique city built by the Knights of Malta in the sixteenth century. Valletta 2018 has been proof that culture can change things round.”

“Culture truly nurtures the identity of people. One can clearly see that culture is increasingly becoming a central point in our lives and that our strategy when it comes to promoting culture, and making it more accessible to everyone is definately working”, the Culture Minister said.

Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Valletta 2018 Deo Debattista noted how this is an event for all Maltese and Gozitans, and not only for Valletta.

“We are witnessing an economic, social, and urban regeneration like never befpre. Valletta is experiencing a new reneissance which began in 2011 when the previous Government places its bid to the European Commission”, Debattista explained.

The present Government has continued to invest greatly in the creation of opportunities and a genuine transformation. Creativity and innovation were main components in the Valletta 2018’s vision, so our Capital can enter a new and exciting era. And era in which the Government will prioritize Valletta and its residents.

“We want to use this opportunity so that the European Capital of Culture will not be simply European, but global. It is our ambition to create significant interactions. This is the beginning of a new challenge which will lead to a glorious and timeless period for Valletta. We will prove that although we have Europe’s smallest Capital City, we have some of the greatest heritage, which makes the Maltese Islands ever so proud to have Valletta as their Capital”, the Parliamentary Secretary concluded.

 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s