Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar emendi fl-Att dwar Żibel u Skart fil-Belt Valletta

STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U VALLETTA 2018

Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar emendi fl-Att dwar Żibel u Skart fil-Belt Valletta

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista fetaħ konsultazzjoni pubblika mar-residenti u sidien tan-negozji fil-Belt Valletta dwar tibdil fl-Att dwar Żibel u Skart fil-Belt Valletta, b’ħidma mad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni.

“Il-Belt Valletta esperjenzat boom soċjali, kulturali, u ekonomiku, li filwaqt li dan tajjeb li niċċelebrawh, irridu nindirizzaw ukoll ir-riperkussjonijiet li dan iħalli warajh. U wieħed minn dawn ir-riperkussjonijiet huwa filfatt il-ġenerazzjoni eċċessiva ta’ skart domestiku u kummerċjali fil-Belt” innota s-Segretarju Parlamentari.

Fost oħrajn, l-emenda fil-liġi proposta tgħid li l-iskart għandu jinġabar minn vetturi b’daqs stipulat bejn 12.00am u it-3.00am, u bejn it-3.00pm u il-5.00pm kuljum, inkluż Ħdud u Festi Pubbliċi. Residenti u sidien ta’ negozji se jkunu obbligati ma joħorġux skart fit-toroq iktar kmieni minn nofs siegħa qabel il-ħin tal-ġbir. Persuni li jinqabdu joħorġu l-iskart barra mill-ħinijiet imposti mill-Avviż Legali jkunu soġġetti għal ċitazzjoni ta’ €200 għall-ewwel offiża. Din titla’ għal €500 mat-tieni offiża, u €1000 mat-tielet offiża jew iktar.

Fl-istess ħin, persuni li jiġbru l-iskart mill-Belt Valletta bl-użu ta’ xi vettura li ma tkunx skont id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti jkunu ħatja ta’ offiża kriminali u soġġetti għal multi li jlaħħqu l-€2,000.

“Qed nagħmlu dan kollu biex inrawmu kultura ta’ responsabbiltà u dixxiplina f’pajjiżna. Kulħadd għandu bżonn jifhem l-irwol tiegħu fiż-żamma ta’ pajjiż nadif. Bdejna propju mill-Belt Valletta mhux biss minħabba li tinsab ftit jiem biss ‘il bogħod milli tkun iċ-ċentru Kulturali tal-Ewropa kollha, u allura għandha tilħaq diversi aspettattivi mhux biss dawk kulturali. Iżda bdejna mill-Belt Valletta għaliex ridna l-ewwel u qabel kollox nirbħu l-isfidi ta’ waħda mill-iktar lokalitajiet bieżla f’pajjiżna”, temm jgħid Deo Debattista.

Il-Konsultazzjoni bdiet nhar l-20 ta’ Diċembru u se tibqa’ għaddejja sal-15 ta’ Jannar.

Aktar informazzjoni dwar il-White Paper tista’ tinstab fuq konsultazzjoni.gov.mt. Dawk li jridu jħallu kummenti jistgħu jagħmlu dan fuq customercare.cleansing@gov.mt sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2018.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s