INVESTIMENT TA’ $100 MILJUN U 300 IMPJIEG

Waħda mill-ikbar kumpaniji fid-dinja fl-istampar tal-flus għażlet lill-pajjiżna għall-investiment li jmiss.

Dan l-investiment se jkun qiegħed isir fuq art ta’ 14,000 metru kwadru f’Ħal Far. Se jibda b’mitt miljun dollaru Amerikan u se joħloq 300 impjieg ġdid.

Il-faċilità f’Ħal Far trid tibda tkun lesta sa t-tielet kwart tas-sena d-dieħla u tibda taħdem fl-ewwel xhur tas-sena ta’ wara.

L-iffirmar li se jġib il-kumpanija Malta u li għalaq xhur ta’ negozjati bejn l-awtortitajiet Maltin u Crane Currency sar f’Boston, l-Istati Uniti fil-preżenza tal-Prim Ministru, Joseph Muscat. Fil-kwartieti tal-kumpanija, Joseph Muscat tkellem dwar kif din hija kisba importanti u sinjifikanti għax tħabbret proprju fit-tnejn u ħamsin anniversarju mill-kisba tal-Indipedenza.

crane-1

2 thoughts on “INVESTIMENT TA’ $100 MILJUN U 300 IMPJIEG

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s