BIDU TA’ SENA SKOLASTIKA ĠDIDA – Ninvestu fl-Edukazzjoni ta`uliedna

four-teens-in-school-hall

BIDU TA’ SENA SKOLASTIKA ĠDIDA

Dalgħodu mal-31,513 student se jirritornaw lura fuq il-banek tal-iskola hekk kif is-sena skolastika 2015/16 tiġi fil-bidu tagħha. L-istudenti, edukaturi u staff li jaħdmu fl-iskejjel se jsibu skejjel isbaħ wara programm ta’ manutenzjoni qawwi f’dawn l-aħħar xhur. Il-Ministeru għallEdukazzjoni investa xejn inqas minn 43 miljun ewro fi 28 proġett edukattiv f’Malta u Għawdex. Se tidħol għat-tielet sena tagħha il-bidla għal ko-edukazzjoni fejn issa ilForms 1 u 2 tal-iskejjel sekondarji tal-istat kollha se jkunu subien u bniet f’daqqa. Meta tgħodd il-Kulleġġ ta’ St Klara (li beda sena qabel) u l-iSkola Nazzjonali tal-Isports in-numru ta’ student sekondarji f’kuntest ko-ed issa jlaħħaq l-4,900.four-teens-in-school-hall

NOFFRU TOROQ ĠODDA TA’ TAGĦLIM

Ser tinfetaħ skola ġdida bl-isem ta’ Ġuże’ Ellul Mercer (GEM 16+) biex studenti li jkunu gabu SEC wiehed jew xejn jkunu jistghu jkomplu jistudjaw bi stipendju. Se jinfetħu ċentri ġodda ta’ taghlim madwar Malta ghal madwar 2000 student li ma jkunux jafu la l-Malti u lanqas l-Ingliż. Ser niftħu Education Hub fl-Imsida għal studenti tas-sekondarja u ser inniedu lprogrammi alternattivi tal-Prince’s Trust f’numru ta’ skejjel sekondarji talIstat. F’Raħal Gdid sar investiment sostanzzjali fiċ-ċentru tal-Alternative Learning Programme (ALP) fejn hemmhekk se jkun qed joffru lil madwar 260 studenti programmi vokazzjonali biex jtejjbu l-ħiliet tal-istudenti. Minn din is-sena skolastika 2015-16, fl-iskejjel kollha sekondarji tal-istat, tal-Knisja u fi wħud mill-iskejjel Indipendenti. ser jibdew jiġu mgħallma suġġetti vokazzjonali fil-livell ordinarju tas-SEC. Dawn is-suġġetti vokazzjonali huma: SEC Agribusiness, SEC Engineering Technology, SEC Health and Social Care, SEC Hospitality u SEC Information Technology. Fl-iskejjel sekondarji tal-istat hemm 250 student li għażlu li jibdew jitgħallmu dawn is-suġġetti vokazzjonali mit-tielet sena. Dawn ser jiżdiedu mat-92 student li bdew jitgħallmu dawn is-suġġetti mis-sena skolastika li għaddiet fuq bażi ta’ proġett pilota u li issa ser ikomplu jistudjawhom firraba’ sena. Fl-iskejjel li mhumiex tal-istat, 17-il skola sekondarja tal-knisja u tlett skejjel sekondarji indipendenti ukoll ser jintroduċu wħud minn dawn is-suġġetti vokazzjonali minn din is-sena skolastika. Matul is-sena li għaddiet ġew mħarrġa 106 għalliem u 59 student universitarju tar-raba’ sena fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni biex jgħallmu dawn is-suġġetti vokazzjonali. Dan it-taħriġ ser jitkompla matul din is-sena u se jerġa’ jiġi offrut lill-għalliema u lill-studenti universitarji fl-aħħar sena talkors tagħhom fil-Fakultà tal-Edukazzjoni

PROGRAMMI SPEĊJALIZZATI

F’diversi oqsma tas-settur, ser ikunu mnedija numru ta’ programmi iffukati fi speċjalizazzjoni jew qasam partikolari. Fl-edukazzjoni fiżika, ser jkun qed jibda jaħdem programm nazzjonali fl-iskejjel primarji biex titjieb il-kwalita’ ta’ ħajja tat-tfal. Iktar min għoxrin għalliem tal-edukazzjoni fiżika addizzjonali ġew ingaġġati biex il-process ta’ tagħlim jingħaqad mal-ezerċiżżju. Jikkumplimenta dan se jkun hemm proġett biex jitkejjel il-Body Mass Index (BMI) tal-istudenti primarji u sekondarji (knisja u indipendenti inklużi) fejn ser jintleħqu iktar minn 46,000 student. Fil-qasam tal-litteriżmu se tkompli għaddejja l-istrateġija tal-litteriżmu fejn fiċ-ċentru ta’ kollox hemm l-aċċessibilita’ tal-kotba. Is-sena skolastika li għaddiet il-Gvern investa iktar minn 50,000 ktieb addiżżjonali għal libreriji tal-iskejjel statali. It-tagħlim tal-lingwi se jkompli bil-programm speżjalizzat tas-Subject Proficiency Assesstment fejn it-tagħlim tal-lingwi jkompli jissaħħaħ.

NGĦINU LILL-EDUKATURI

Il-mizura tal-paid study leave li giet mhabbra iktar kmieni din is-sena giet attwata f’dawn l-aħħar xhur. It-18 il-għalliema li applikaw u kienu eleġibbli għal din il-miżura gew offruti dan is-‘sabbatical’. Fl-aħħar ġimgħat beda ilproċess ta’ xiri ta’ laptops ġodda biex matul din is-sena l-għalliema, kintergarten assistants u LSAs kollha se jkollhom laptop ġdid biex jkunu jistgħu jaħdmu aħjar.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s