L-impjiegi full-time jiżdiedu b’4.3% f’April

 source : inewsmalta.com

F’April li għadda, l-impjiegi full-time żdiedu b’4.3% meta mqabbla ma’ April tas-sena li għaddiet.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, matul is-sena bejn April 2014 u April 2015 il-provvista tax-xogħol, esklużi l-part-timers, żdiedet bi 3.1% u laħqet iċ-ċifra ta’ 174,408. Dan kien dovut l-aktar għal żieda ta’ 7037 f’dawk li jaħdmu full-time u tnaqqis ta’ 1723 f’dawk li jirreġistraw għax-xogħol.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li f’April li għadda ċ-ċifri kienu juru li l-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’6608 għal 124,770. Fl-istess waqt, l-impjiegi full-time fis-settur pubbliku żdiedu b’429 għal 44,070.

In-numru ta’ dawk reġistrati bħala li jaħdmu għal rashom full-time żdied b’581 meta mqabbel ma’ April 2014, filwaqt li n-numru ta’ dawk reġistrati bħala impjegati żdied b’ 6,456.

L-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu bi 3.4% filwaqt li n-nisa li jaħdmu full-time żdiedu b’6.1%, dejjem meta mqabbel ma’ April 2014.

http://inewsmalta.com/dart/20150917-impjiegi-full-time-ji-diedu-april

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s