Il-PM jisħaq li l-Gvern se jieħu d-deċiżjonijiet anke jekk dawn ikunu kontroversjali

Il-PM jisħaq li l-Gvern se jieħu d-deċiżjonijiet anke jekk dawn ikunu kontroversjaliCapture
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-baġit tas-sena d-dieħla se jkun qed jitħabbar fl-ewwel nofs t’Ottubru hekk kif il-preparazzjonijiet jinsabu għaddejjin. Qal li dan se jkun baġit pożittiv li se jkompli jibni fuq it-tnejn ta’ qablu u li għandu jkompli jagħti kuraġġ lil min irid jinvesti filwaqt li żied jgħid li l-Gvern se jkompli jieħu d-deċiżjonijiet, anke jekk dawn ikunu kontroversjali.

Dan bil-għan li jtejbu l-livell tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin.

Dr Muscat qal dan f’Villa Francia fejn kien qed jilqa’ lid-Diretturi tal-kumpaniji li ħadu sehem fil-fieri u l-esebizzjonijiet annwali. Dr Muscat qal li din is-sena, Malta tinsab fi triqitha biex ikollha tkabbir
ekonomiku ta’ 4 fil-mija li mistenni jkun l-akbar wieħed fl-Unjoni Ewropea. Żied jgħid li Malta għandha wkoll it-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi membri.  Il-Prim Ministru qal li l-għan tal-Gvern hu li jkun hawn persuni fis-suq taxxogħol li jkollhom l-edukazzjoni meħtieġa u din se tkun qed tiġi kkunsidrata biex tkun parti mill-baġit tas-sena d-dieħla.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s