Ħidma mill-OHSA, is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Postijiet tax-Xogħol

haddiemanew-t_620x0

 

Ħidma mill-OHSA biex ikunu salvagwardati s-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Postijiet tax-Xogħol matul l-ewwel nofs tal-2015

Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għamlet madwar 1,000 spezzjoni f’postijiet tax-xogħol differenti li fil-maġġoranza tagħhom wasslu biex jinħarġu ordnijiet biex tittieħed azzjoni minn min għandu dak l-obbligu. L-OHSA ħarġet ukoll 91 ittra ta’ penali amministrattivi waqt li ġew appuntati 103 każ fil-qorti għal numru ta’ nuqqasijiet varji fir-rigward ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Matul listess perjodu l-OHSA pproċessat 2211-il ċertifikat ta’ liftijiet u tat 74 siegħa ta’ taħriġ informattiv. Barra minn dan, skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), kien hemm tnaqqis ta’ 6.2% fin-numru ta’ persuni li applikaw għal benefiċċju skont lAtt tas-Sigurtà Soċjali minħabba korriment fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena li għaddiet. Liġi li daħlet fis-seħħ fl-2012 tat il-possibilità lill-OHSA biex toħroġ avviżi għall-pagament ta’ penali dwar lista ta’ offiżi. Dawn huma stipulati fl-istess liġi (A.L. 36/2012) u jinkludu wkoll lammont tal-multi li għandhom jitħallsu. L-ittra ta’ penali amministrattivi tinkludi kull kontravenzjoni li jkunu nnotaw l-uffiċċjali tas-saħħa u s-sigurtà waqt l-ispezzjonijiet tagħhom. B’hekk persuna tista’ teħel numru ta’ multi fl-istess ittra li tirċievi, skont il-każ. Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-multi li ġew maħruġa kienu jvarjaw minn € 250 sa € 1,456, b’total ta’ kważi € 60,000. Dawn il-multi jridu jitħallsu fi żmien 15-il ġurnata – jekk ma jitħallsux fiż-żmien stipulat u ma jittieħdux il-miżuri rikjesti għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà, jinbdew proċeduri fil-qrati fejn il-piena mposta ma tistax tkun inqas mill-multi amministrattivi. Din is-sistema għandha lgħan li tnaqqas l-proċeduri amministrattivi u legali kif ukoll l-ispejjeż għal min iħaddem jew jaħdem għal rasu, filwaqt li sservi ta’ deterrent sabiex jittieħdu miżuri xierqa ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Bejn Jannar u Ġunju, l-akbar numru ta’ kontravenzjonijiet (kemm rigward ta’ penali u kawżi lqorti kif ukoll ordnijiet maħruġa mill-uffiċċjali tal-OHSA) kien fis-settur tal-kostruzzjoni. Firrigward ta’ penali amministrattivi, l-aktar ksur tal-liġi komuni f’dan is-settur kien in-nuqqas li jinħatar supervisor tal-proġett. Fil-fatt skont liġi li ilha fis-seħħ mill-2004 (A.L. 281/2004), għal kull proġett ta’ kostruzzjoni għandu jinħatar supervisor għall-istadju tad-disinn u supervisor tal-proġett għall-istadju tal-kostruzzjoni. Dawn jistgħu jkunu l-istess persuna u jistgħu jkunu wkoll il-klijent stess, jekk ikun kompetenti li jagħmel dan. F’każ li x-xogħol fuq sit ta’ kostruzzjoni jkun skedat li jdum aktar minn 30 jum ta’ xogħol u se jkun hemm aktar minn 20 ħaddiem fl-istess ħin, jew li l-volum tax-xogħol ikun stmat li se jdum aktar minn 500 ġurnata xogħol, is-supervisor tal-proġett huwa fid-dmir li jibgħat avviż bil-miktub lill-OHSA ta’ l-anqas erba’ ġimgħat qabel ma jibda x-xogħol. Is-supervisor tal-proġett għall-istadju tad-disinn għandu wkoll id-dmir li jiżgura li qabel ma jibda x-xogħol fuq sit ta’ kostruzzjoni, isir pjan ta’ saħħa u sigurtà. Problema komuni ta’ saħħa u sigurtà li jista’ jkollha effetti perikolużi hija r-riskju ta’ waqgħat mill-għoli. Obbligi oħra li joħorġu mill-istess liġi jikkonċernaw l-użu ta’ scaffolding u slielem kif ukoll ta’ stallazzjonijiet tad-dawl li jkunu mqiegħda b’mod li ma jkun hemm ebda riskju ta’ xi inċident għall-ħaddiema bħala riżultat tat-tip ta’ dawl installat. Ċertu nuqqasijiet li ġew innotati waqt l-ispezzjonijiet u li ttieħdu passi legali fuqhom kienu jirrigwardaw rekwiżiti bażiċi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dawn jinkludu nnuqqas ta’ evalwazzjoni tal-perikli fuq il-post tax-xogħol jew li tinżamm kopja tagħha u nnuqqas li titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati u tal-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol. Problemi oħra kienu jinkludu nuqqas ta’ informazzjoni lill-ħaddiema, nuqqas ta’ sinjali ta’ saħħa u sigurtà u ta’ miżuri kontra nirien. Kien hemm ukoll min naqas li jipprovdi lbies personali protettiv u li jobdi ordni ta’ uffiċjal għas-saħħa u s-sigurtà, fost oħrajn. Meta l-ħaddiema jkunu qed jużaw apparat tax-xogħol, hemm numru ta’ rekwiżiti legali li għandhom jiġu mħarsa (A.L. 282/2004). Xi nuqqasijiet li ġew innotati u li ttieħdet azzjoni fuqhom kienu jinkludu nuqqas ta’ taħriġ, parteċipazzjoni, konsultazzjoni w informazzjoni lill- ħaddiema, manutenzjoni u spezzjoni tal-apparat u ħtiġijiet ergonomiċi fuq il-post tax-xogħol. Miżura importanti oħra li hija l-ħarsien (guards) madwar dawk il-partijiet tal-apparat taxxogħol li jkunu jiċċaqilqu. Fil-fatt, numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol kull sena ikunu frott ta’ nuqqas f’dan ir-rigward (jew minħabba traskuraġni jew biex jitħaffef ix-xogħol) b’konsegwenza li numru ta’ persuni jsofru diżabilità permanenti. Liftijiet jew paranki stallati f’postijiet tax-xogħol għandhom jiġu spezzjonati kull sitt xhur wara l-ewwel data minn meta jintużaw. Kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tintbagħat lillOHSA sa 28 ġurnata mid-data li tkun saret l-ispezzjoni (A.L. 47/1964 u A.L. 231/2007). Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-OHSA rċeviet u pproċessat aktar minn elfejn rapport u nħarġu wkoll penali amministrattivi fejn dan ma seħħx. L-operat tal-OHSA ma jieqafx biss fi spezzjonijiet iżda jkopri wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ, informazzjoni fuq mezzi tal-medja, organizzazzjoni ta’ seminars u konferenzi kif ukoll esebizzjonijiet u għoti ta’ informazzjoni f’kumpaniji u postijiet tax-xogħol varji. Barra minn hekk, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-OHSA lestiet l-istallazzjoni, l-ittestjar u kkommisjonat numru ta’ sistemi ta’ effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija, fosthom sistema fotovoltajka ta’ 10.07 kWP fuq il-bejt tal-OHSA. Dawn il-miżuri huma mistennija li jipproduċu madwar 16,000 kW ta’ enerġija mix-xemx fis-sena matul l-ewwel sena filwaqt li jnaqqsu lkonsum ta’ enerġija konvenzjonali b’madwar 50% u b’hekk jonqsu wkoll l-emmissjonijiet ta’ CO li tipproduċi l-OHSA. Dan il-proġett kien ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Lista tal-liġijiet kollha relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-OHSA: http://www.ohsa.org.mt

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s