Aktar minn nofs il-ġranet tax-xogħol mitlufa minħabba l-istress – Dr. Deo Debattista

Link to article on inewsmalta.com :

Seminar dwar is-sigurtà fl-uffiċċji… aktar minn nofs il-ġranet tax-xogħol mitlufa minħabba l-istress

Strateġija ta’ saħħa u sigurtà fl-uffiċċji kienet it-tema ta’ seminar organizzat mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA-MT) flimkien ma’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OSHA-EU). Ewlenija fost it-temi diskussi kien hemm l-istress fuq il-post tax-xogħol li skont l-istatistika hi it-tieni l-ikbar problema fuq il-post tax-xogħol.

Flimkien mal-istress dan is-seminar ħares lejn diversi it-temi fosthom il-benessere fuq il-post tax-xogħol, riskji u perikli fl-uffiċċju u kif wieħed għandu jagħmel strateġija ta’ saħħa u sigurtà. Il-parteċipanti kellhom ukoll l-opportunità jużaw sistema innovattiva ta’ evalwazzjoni tar-riskju.

Iċ-Chairperson ta’ l-OHSA-MT, l-Onorevoli Dr Deo Debattista saħaq li nofs il-ħaddiema li ġew intervistati mill-OHSA-EU saħqu li l-istress huwa komuni fix-xogħol taghħom. “Tant hu hekk li bejn 50-60% tal-ġranet tax-xogħol mitlufa huma relatati ma’ stress fuq il-post tax-xogħol” .

“Minn studju li għamlet l-Aġenzija Ewropea jirriżulta li l-aktar kawżi ta’ stress (72%) huma tibdil fil-mod kif isir ix-xogħol jew biżgħa li dak li jkun se jitlef postu. 66% qalu li l-istress tagħhom huwa riżultat ta’ sigħat twal jew workload kbira filwaqt li għal 59% dan kien minħabba bullying jew li ngħataw fastidju fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, skond l-EUROSTAT, fuq perjodu ta’ disa’ snin, 28% tal-ħaddiema Ewropej irrapurtaw riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol,” kompla jgħid iċ-Chairperson.

L-Organizzazzjoni Dinjija dwar ix-Xogħol (l-ILO) issostni li ħafna drabi, minħabba economies of scale, in-negozji ż-żgħar ikollhom inqas ħin sabiex jipprovdu taħriġ u informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà. Tgħid ukoll li negozji żgħar għandhom tendenza li jkunu pjuttost reattivi minflok jadottaw strateġiji ta’ prevenzjoni.  Dwar dan il-punt, l-OHSA-EU rat li tieħu passi proattivi sabiex tagħmilha aktar faċli li wieħed jagħmel evalwazzjoni tar-riskju. L-Oira fil-fatt hija għodda interattiva f’forma ta’ app tal-internet mingħajr ħlas u tkopri numru ta’ setturi. Bil-mod kif inhi magħmula tista’ tgħin lin-negozji ż-żgħar u dawk li jħaddmu inqas minn 10 persuni sabiex jagħmlu evalwazzjoni tar-riskju mingħajr il-bżonn li jqabbdu esperti minn barra n-negozju.

L-Oira għal min jaħdem fl-uffiċċju ġiet tradotta għall-Malti u tinkludi wkoll il-liġijiet Maltin.

Waqt is-seminar ħadu sehem ukoll Ms Stelmart Khalil mill-ESP Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li tkellmet dwar saħħa u benessere fuq il-post tax-xogħol, is-Sur Clint Cachia mill-OHSA-MT li spjega dwar strateġija, riskji u perikli fl-uffiċċju flimkien mas-Sur Silvio Farrugia mill-OHSA-MT ukoll li spjega kif taħdem l-OiRA.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s