Xokkanti : L-eks Ministru Mifsud Bonnici jwaqqaf milli tittieħed azzjoni kontra uffiċjali involuti f’mewt ta’ immigrant. #Malta

Xokkanti : L-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici jwaqqaf milli tittieħed azzjoni kontra uffiċjali involuti f’mewt ta’ immigrant.

X`kejl ser juza issa Dr.Simon Busuttil ? Min se jġorrha r-responsabbilità politika issa? kemm ser idum biex jiehu azzjoni Dr. Simon Busuttil ?

http://www.inewsmalta.com/dart/20141210-eks-ministru-carm-mifsud-bonnici-jwaqqaf-milli-tittie-ed-azzjoni-kontra-uffi-jali-involuti-mewt

L-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici jwaqqaf milli tittieħed azzjoni kontra uffiċjali involuti f’mewt ta’ immigrant

inewsmalta.com

 Il-Prim Ministru żvela fil-Parlament li wara li f’Ġunju 2012 kien intqatel immigrant mill-Mali aktarx minn uffiċjali f’Ċentru Detenzjoni, l-eks Prim Ministru Gonzi qabbad inkjesta b’Imħallef wieħed, inkjesta li qatt ma ġiet ippubblikata. Jidher li din l-inkjesta tidħol f’inkjesta oħra li fiha jingħad li l-Ministru għall-Intern ta’ dak iż-żmien, Carm Mifsud Bonnici ta istruzzjonijiet biex ma tittieħdx azzjoni kontra dawk involuti f’dan il-każ.

Muscat fakkar kif dan l-immigrant kien inqatel wara li qala numru ta’ daqqiet fuq il-ġenitali u l-pulmun u miet b’attakk tal-qalb bl-uġigħ li kien sofra.

Jista’ jkun qal Muscat li l-inkjesta ma ġietx ippubblikata għax tgħid li għandha tkun riveduta l-politika ta’ detenzjoni, u l-proċeduri tal-Qorti.

Iżda Muscat qal li jaħseb li din l-inkjesta ma ġietx ippubblikata għax tidħol f’inkjesta oħra fejn inqatel immigrant ieħor, din id-darba Niġerjan li kien parti minn grupp li kien ħarab.

Muscat qal li fuq din l-inkjesta kienet ħarġet biss stqarrija. Iżda fl-inkjesta l-board kien ikkonkluda li l-Kap tas-Servizzi tad-Detenzjoni, Brian Gatt kien qal li kellhom jittieħdu passi dixxiplinari kontra dawk responsabbli, iżda li l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici kien tah direttiva biex ma jagħmel xejn. Dan bl-iskuża biex iħalli l-pulizija tinvestiga. Il-Pulizija u l-Armata qalu li qatt ma ġew infurmati bl-inkjesta avolja kienet għaddiet aktar minn sena.

“Min se jġorrha r-responsabbilità politika issa? Għandek l-ewwel test. Għandek għażla ċara. Jien id-deċiżjoni ħadtha f’qasir żmien, issa ħu deċiżjoni dwar x’se tagħmel. Dan l-ewwel test se jkollok ferm oħrajn. F’Jannar se jkollok test kull xahar, wieħed wieħed. Listandards għolew għal kulħadd,” qal Muscat.

L-inkjesta dwar dan il-każ mistennija tkun ippubblikata llum.

One thought on “Xokkanti : L-eks Ministru Mifsud Bonnici jwaqqaf milli tittieħed azzjoni kontra uffiċjali involuti f’mewt ta’ immigrant. #Malta

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s