Rata ta għoli tal-ħajja ta’ 0.3%, l-inqas rata fl-aħħar 30 sena

9154848664_cb0290e4a5

Din is-sena ġiet reġistrata rata ta’ għoli tal-ħajja ta’ 0.3%, l-inqas rata fl-aħħar 30 sena

  • Stħarriġ tal-Eurobarometer juri li filwaqt li taħt amministrazzjoni preċedenti kienu 63% tal-familji Maltin inkwetati fuq l-għoli tal-ħajja, illum iċ-ċifra naqset għal 26%
  • Din is-sena ġiet reġistrata rata ta’ għoli tal-ħajja ta’ 0.3%, l-inqas rata fl-aħħar 30 sena
  • Il-Medja tal-inflazzjoni fil-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti kienet ta’ 2.6% – dan ifisser li taħt din l-amministrazzjoni, il-piż tal-inflazzjoni fuq bwiet in- nies naqas bi kważi 9 darbiet meta mqabbel mal-medja tal-għoli tal-ħajja fl-aħħar 5 snin.
  • Miżuri bħat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-istabbilità fil-prezzijiet tal-fuel, it-tnaqqis fl-income tax, l-għoti tas-servizz taċ-childcare b’xejn għal kulħadd, il-proċess ta’ rifużjoni fuq ħlas żejjed fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi u ż-żieda fl-istipendji kienu kontributuri kbar biex ir-rata tal-inflazzjoni hija waħda baxxa
  • Minkejja dan ir-rizultat tajjeb ħafna, dan il-Gvern qed jifhem ir-realtà tal-poplu Malti u Għawdxi u ser jindirizza r-realtà tagħhom b’miżuri li jinċentivaw tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd

9154848664_cb0290e4a5

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s