F’Novembru jibdew jingħataw it-tilqim tal-influwenza

vaccine-t_620x0

vaccine-t_620x0
Se jibda il-proċess ta’ tilqim bla ħlas kontra l-influwenza staġjonali tal-2014 għal dawk kollha ntitolati. It-tilqim ser isir miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u s-Sibt 22 ta’ Novembru. Il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali u numru ta’ tobba tal-familja ukoll qed jipparteċipaw f’din il-kampanja ta’ tilqim.

Fi stqarrija il-Gvern qal li jistgħu jieħdu t-tilqima b’xejn dawn li ġejjin:

• Kull min għandu 55 sena jew iżjed

• Tfal ta’ bejn is-sitt xhur u 59 xahar

• Persuni ta’ kull eta’ li jbatu b’mard kroniku tal-qalb, tal-pulmun, tal-fwied, tal-kliewi, dijabete u problemi fis-sistema mmunitarja li tinkludi l-HIV u l-AIDS.

F’dawn il-każijiet ta’ persuni taħt il-55 sena, irid jintwera xhieda ta’ dan il-mard permezz ta’ ċertificat mediku riċenti jew il-kartuna s-safra.

Dawk in-nies li għandhom 55 sena ‘l fuq u li diġa nkitbu mal-Kunsill Lokali tagħhom jew mat-tabib tagħhom, għandhom jistennew l-avviż mill-istess kunsill jew tabib u ma jmorrux fiċ-Ċentru tas-Saħħa.

Persuni li qed jieħdu ħsieb qraba li ma jisgħux joħorġu mid-dar għandhom iċemplu l-uffiċċju tal-MMDNA fuq in-numru 21387526 mit-Tnejn sas-Sibt bejn 11:00 u 12:30pm u bejn 14:00 u 15:30 biex isiru arranġamenti li t-tilqim isir id-dar min-nurses tal-MMDNA.

It-tilqim miċ-Ċentri tas-Saħħa ser isir mit-Tnejn sas-Sibt bejn l-għaxra u nofsinhar. Ser ikun hemm tilqim wara nofsinhar fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, il-Furjana u Raħal Ġdid bejn is-siegħa u s-sebgħa ta’ fil-għaxija mit-Tnejn sas-Sibt.

Trid tintwera l-karta tal-identita’ u fil-każ ta’ tfal irid jintwera l-ktieb/rekord tat-tilqim

content link : http://www.inewsmalta.com/dart/20141021-novembru-jibdew-jing-ataw-it-tilqim-tal-influwenza

One thought on “F’Novembru jibdew jingħataw it-tilqim tal-influwenza

  1. Grazzi Dott Deo On 23 Oct 2014 08:09, “Hon. Dr.Deo Debattista” wrote:

    > Dr. Deo Debattista posted: ” Se jibda il-proċess ta’ > tilqim bla ħlas kontra l-influwenza staġjonali tal-2014 għal dawk kollha > ntitolati. It-tilqim ser isir miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern bejn it-Tnejn > 3 ta’ Nov”

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s