F’ħames snin mietu 1,929 bis-sigaretti – PQ Dr. Deo Debattista

download

F’ħames snin mietu 1,929 bis-sigaretti
downloadKAWŻA ta’ tipjip ta’ si­ga­retti, f’ħames snin mie­tu 1,929. Dawn il-każi ta’ mwiet huma rreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali u huma meqjusin bħala li kienu kaġunati minħabba tipjip matul is-snin 2008 u 2012.
Din iċ-ċifra hija waħda allarmanti għax f’kull sena l-imwiet kompla dejjem jiżdied. Il-biċċa l-kbira tal-imwiet huma kollha kawża ta’ ħsara li saret fil-pulmun, u hemm bżonn li bħalma qiegħed isir f’diversi postijiet madwar id-dinja, jidħlu fir-regoli wkoll li anke fil-karozzi privati jinqata’ t-tipjip.
Għandhom jidħlu regoli wkoll li ma jsir ebda tipjip quddiem it-tfal, kemm minħabba biex ma jderruhomx, u kemm ukoll minħabba li jibilgħu d-duħħan li jikkawżalhom ħsa­ra.
Skont tweġiba tal-Ministru Godfrey Farrugia li ta lid-Depu­tat Laburista Deo Debattista, juri li f’kull sena mietu aktar minn persuna waħda kuljum. Fis-sena 2008 mietu 372; fl-2009 dawk li mietu minħabba t-tipjip kienu 365; fis-sena ta’ wara 2010 mietet persuna aktar jiġifieri 366; fis-sena 2011 mietu 387; waqt li fis-sena 2012 l-imwiet żdiedu għal 439.

Mistoqsija Parlamentari ta`Dr. Deo Debattista

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s