PQ Dr. Deo Debattista – Iktar minn 1,200 pazjent detox għall-methadone fis-sena

Iktar minn 1,200 pazjent detox għall-methadone fis-sena

Mill-Parlament  – feature http://www.newsbook.com.mt

Flerba’ snin u nofs ta’ bejn Jannar tal-2009 u Ġunju tal-2013 kien hemm total ta’ 5,613-il persuna li attendiet is-Substance Misuse Outpatients Unit li rċevew trattament ta’ methadone. Dan ifisser medja ta’ 1,247 persuna fis-sena li rċevew trattament minħabba din id-dipendenza.

Dan ħareġ minn statistika li ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia b’risposta għad-domanda parlamentari li għamel id-deputat Laburista Deo Debattista.

F’Ġunju 2013 waħdu kien hemm 825 pazjent li rċevew trattament tal-methadone.

Iktar minn 1,000 pazjent kull sena kien ċittadin Malti. Ħarsa dettaljata turi li erbgħa minn kull ħames każijiet kienu jittrattaw pazjenti rġiel.

Bejn Jannar 2010 u Ġunju li għadda tqassam total ta’ 51,223.8 litru ta’ methadone, li fl-2012 waħdu, meta ġie kkunsmat 13,550 litru ta’ methadone, dan fisser spiża ta’ kważi €80,000.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s