L-edukazzjoni pilastru importanti tas-soċjetà minn Dr. Deo Debattista

Il-baġit imressaq mill-Mi­nistru tal-Finanzi f’No­­vembru li għadda kien pożittiv rifless f’kull qasam. Ma jonqosx li jiġi rifless ukoll fl-edukazzjoni. Infatti, fil-qasam edukattiv f’dan il-baġit qegħdin inżidu n-nefqa rikorrenti u kapitali fl-oqsma edukattivi, b’aktar minn €32 miljun, jiġifieri żieda ta’ 8.5% għal somma ta’ €412-il miljun. Laqatni l-fatt li mill-ewwel baġit se nibdew bl-għoti u bl-użu tal-famużi ‘tablets’. Il-Gvern Laburista, kif wie­għed, se jagħmel proġett pilota biex it-tranżizzjoni għall-introduzzjoni ta’ dawn it-‘tab­­lets’ tkun bl-inqas problemi possibbli; kemm għall-għal­liema, kif ukoll għall-is­tudenti. Hemm studji li juru li fin-natura tiegħu l-bniedem isegwi aktar dak kollu li jintwera fuq il-‘monitor’.


F’dawn l-istudji, jekk individwu jew grupp ta’ individwi tpoġġihom f’kamra u fl-istess ħin turi l-istess attività fuq ‘monitor’, persentaġġ għo­­li ħafna jagħżel li jsegwi aktar il-‘monitor’ milli l-atti­vi­tà reali. Żgur li l-introduzzjoni ta’ dawn it-‘tablets’ se tgħin biex tkabbar il-livell akkademiku tal-istudenti. Bla dub­ju, se tgħin lit-tfal li ja­qgħu fl-ispektrum tal-ADHD (Attention Deficit Hyperacti­vity Disorder ), ADD (Attention Deficit Disorder) u Asperger’s Syndrome.
Mill-esperjenza tiegħi bħala tabib, ħafna minn dawn it-tfal li jbatu minn ADD, ADHD jew Asperger’s, jitgħallmu jitkellmu bl-Ingliż qabel ma jitgħallmu jitkellmu bil-Malti! Dan għax ħafna minnhom, id-dar, jew jużaw kompjuter jew inkella jsegwu informazzjoni edukattiva bl-Ingliż fuq it-televiżjoni privat tagħhom, jiġifieri vidjows pri­­vati. Allura bil-‘monitor’ jitgħallmu  l-lingwa Ingliża qabel għax ikunu ffokati aktar. B’hekk tara li ħafna minn dawn it-tfal jitgħallmu jitkellmu bl-Ingliż qabel ma jitkellmu bil-Malti! Biss, jien nixtieq li dan il-proġett pilota, barra t-tfal ta’ dik is-sena li ġiet magħ­żula, ikun jinkludi wkoll tfal li għandhom din il-kondizzjoni tal-ADHD u ADD, kif ukoll tfal li jbatu minn Asperger’s Synd­rome li mhumiex f’dik is-sena.
Jien nemmen li anke tfal li għandhom bżonnijiet speċjali oħrajn għandhom jiġu nklużi f’dan il-proġett pilota. Jien naħseb li barra l-introduzzjoni tat-‘tablets’, għandu jkun hemm “a personalised psychological assessment” u “group psychological assessment”, kemm qabel jibda l-pro­ġett, waqt il-proġett, kif ukoll wara l-proġett.
Huwa fatt li f’din id-dinja kompjuterizzata qegħdin nassistu għal “cyber oriented isolation”. X’inhu dan? Wieħed jin­nota li fl-istess dar, kważi kulħadd ikun quddiem ‘monitor’, jew mowbajl, jew komp­juter, jew vidjow. Tinnota li ġieli f’dar tkun aktar faċli ssej-jaħ lit-tifel jew lit-tifla billi tibgħatlu/ha messaġġ jew iċċempillu/ha mil­­li li tgħajjatlu/ha, tant kemm dawn it-tfal ikunu ffokati fuq dak li jkunu qed jagħmlu. B’hekk nixtieq li jkun hemm ‘assessment’ psiko­lo­ġiku. Ir-raġuni hi li ma mmorrux noħolqu ġenerazzjo­ni intellettwali imma asoċjali. Irridu nsegwu mill-qrib l-iżvi­lupp tal-intelliġenza emozzjo­nali (EQ).
Jien nemmen li ‘pari passu’ mal-introduzzjoni tat-‘tablets’ għandu jkun hemm programm biex itejjeb is-‘social skills’ u s-‘social interactions’ tat-tfal meta jkunu fi grupp. Il-maġġo­ranza tat-tfal b’ADD, b’ADHD jew b’Asperger’s għandhom diffikultajiet f’‘social interaction’. L-użu tat-‘tablets’ żgur li jtejjeb l-‘achievments’ akkade­miċi tagħhom. Iżda dawn it-tfal għandhom bżonn taħriġ intensiv fis-‘social interaction’. Għalhekk nemmen li barra l-programm ta’ introduzzjoni tat-‘tablets’ għandu jiddaħħal programm biex it-tfal kollha, u mhux dawk biss bi bżonnijiet speċjali, jitħarrġu aktar biex jiġi żviluppat l-‘emotional quo­tient’.
Punt ieħor li nixtieq nagħ­mel huwa fuq id-differenza fid-distribuzzjoni ta’ kisbiet akkademiċi f’żoni differenti f’Malta u f’Għawdex. Minn diversi stħarriġ jirriżulta li ċertu żoni ta’ Malta, għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, baqgħu lura fil-livell edukattiv milħuq. L-użu tat-‘tablets’ se jgħin biex studenti li ġejjin minn dawn iż-żoni ma jibqgħux lura. Tfal li ġejjin minn ‘low income fa­milies’ jew minn familji b’livell edukattiv baxx, isibuha aktar diffiċli biex jimxu akkademikament.
Għalhekk, waqt l-istudju pilota tat-‘tablets’ nixtieq li l-Gvern jara huwiex possibbli li tiġi introdotta ‘parenting aca-demy’. ‘Parenting academy’ hi sistema fejn ġenituri ta’ familji żvantaġġjati akkademikament jiġu mgħallmin kif jistgħu jgħinu lil uliedhom.
Dan isir sintendi bil-kunsens tal-ġenituri u f’qafas immexxi minn diversi esperti fid-dixxip­lini differenti. Naħseb li jekk nimxu f’din id-direzzjoni, l-wegħ­da pre-elettorali tagħna: li ħadd ma jibqa’ lura, tiġi mwettqa u l-kisbiet akkademiċi jkunu aktar omoġeni u ‘distri­buted normally’ madwar il-paj­jiż kollu. B’hekk jonqos l-illetteriżmu. Il-Gvern għaraf ukoll il-bżonn ta’ iktar ‘lear-ning support assistants’ u żgur se jkompli jgħin biex tfal b’ċertu bżonnijiet jitgħallmu aktar u aktar minn hekk, jin­teg­raw aktar.
Miżura oħra li wieħed ma jis­tax ma jsemmiex hija ż-żie­da fl-istipendji tal-istudenti, li minkejja l-biża’ li nżergħet qabel u wara l-elezzjoni mill-avversarji politiċi, din ingħa­tat mill-ewwel baġit. Tali żie­da kienet ilha ma tingħata sa mill-1999, sinjal li dan huwa l-ewwel pass fejn, jekk Alla jrid, dawn l-istipendji jib­qgħu jiż­diedu. Sinjal li dan il-kunċett li ġie introdott minn gvernijiet Laburisti se jkompli jgħin lill-istudenti biex bħali, jkunu l-frott tas-sistema edukattiva Mal­tija.
Dan il-baġit ħa ħsieb ukoll lill-għalliema billi tahom is-‘sabbatical year’. Din se tħeġ­ġeġ lill-għalliema jkomplu jis­tudjaw, se tgħinhom iħarsu ’l quddiem u sservi wkoll bħala ‘break’ edukattiv u jevitaw ‘bur­nout’ professjonali. Dan il-baġit ħa ħsieb is-sistema edukattiva kollha; l-għalliem, l-is­tudent u anke bini ta’ aktar skejjel. L-edukazzjoni hi waħda mill-pilastri importanti tas-soċjetà tagħna. Wara s-saħħa, l-edukazzjoni hi l-iktar ħaġa importanti. Biss, trid tkun b’saħħ­tek biex titgħallem! Iżda bla edukazzjoni ma tkunx b’saħħtek!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s