Joseph Muscat Notes – Gvern sod fl-Ewropa

Gvern sod fl-Ewropa

December 18, 2013 at 12:25pm

Dan il-Gvern qiegħed juża tattika għal  kollox differenti minn dik li kien jadotta Gvern Nazzjonalista meta jkun qiegħed jitkellem fil-fora Ewropea. Dan il-Gvern ma jridx li pajjiżna jkun meqjus bħal xi ħaġa ta’ klassi differenti, ma rridu lil ħadd jitħassarna fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni għax aħna pajjiż Ewropej daqs ħaddieħor.Għalkemm għadhom ma nstabux is-soluzzjonijiet għal kollox, dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni sar progress, fejn permezz tal-istrateġija li adotta dan il-Gvern waqt il-Kunsill Ewropew irnexxielu jiġbed lejh nofs il-pajjiżi Ewropej u ġab fuq il-mejda tad-diskussjoni din il-kwistjoni li qed tolqot lill-pajjiżna b’mod dirett iżda fuq kollox li qed tolqot b’mod dirett lin-nies involuti fih u b’mod sfortunat il-baħar Mediterran spiċċa ċimiterju hekk kif l-immigrazzjoni ħalliet bosta vittmi warajha.Wieħed għandu jsemmi kif it-Task Force Ewropea ħadet bis-serjetà l-konklużjonijiet ta’ Malta fosthom li jkun hemm aktar l-involviment tal-Libja. L-Unjoni Ewropea qegħda taqbel mal-proposta ta’ Malta li jintbagħtu lura dawk l-immigranti li ma jingħatawx l-ażil. Malta wkoll irċeviet €10miljuni oħra f’fondi, fejn għalkemm din hija xi ħaġa pożittiva, il-flus mhumiex kollox u żgur li bil-flus biss mhux se tkun qed tissolva l-problema. Dan il-Gvern fi tmien xhur għamel id-differenza.Ta’ min ifakkar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien ftaħar tant bil-ftehim tal-burden sharing meta sal-ġurnata tal-lum dan l-istess ftehim li ffirma Gvern Nazzjonalista, għadu ta’ detriment fin-negozjati li jsiru bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, hekk kif Simon Busuttil kien aċċetta li l-burden sharing ikun volontarju, allura llum fin-negozjati dejjem jgħidulna li Malta aċċettat dan il-kunċett ta’ xejn obligatorju.

Programm dwarċittadinanza

Dan il-programm huwa wieħed importanti għal pajjiżna u se jkun qiegħed jagħti spinta lill-pajjiż. Dan il-Gvern ma kienx superv, ma sabbatx saqajh, dan il-Gvern qiegħed jisma’ u qiegħed flimkien mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista jiltaqa’ u jitkellem biex tinstab soluzzjoni komuni. L-importanti huwa dak li ż-żewġ partijiet jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u jimxu ‘l quddiem.Għalkemm qed jingħad dan kollu, huwa inaċċettabbli li jkun hemm politiċi li jmorru fuq mezzi tax-xandir barranin biex iħammġu isem Malta, dawn il-politiċi qegħdin jaqgħu għaċ-ċajt. F’ħames snin li għamilt bħala Kap tal-Oppożizzjoni kemm il-darba kelli l-opportunità li nidher fuq il-mezzi tal-media u komunikazzjoni barranin biex inwassal il-kritika lejn il-Gvern imma dejjem żammejt lura għax b’dan it-tip ta’ aġir Malta tkun qegħda tidher f’dell ikrah ħafna u li żgur ma jagħmilx ġid.Infakkar kif permezz ta’ din l-iskema ta’ ċittadinanza se jkun attirat talent lejn pajjiżna, li se jingħaqad ma’ dawk il-Maltin li wkoll huma kapaċi. Aħna żgur mhux se mmorru ngħidu li ‘mhux se nħallu xi ċuċ Malti jmexxi’ għax il-Maltin huma kapaċi.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Minn Marzu li ġej kważi 90% tal-familji se jkunu qegħdin igawdu minn roħs ta’ 30% fil-kontijiet tad-dawl tagħhom, u 5% fil-kontijiet tal-ilma. Gvern preċedenti ma kellu l-ebda pjan dwar il-qasam tal-enerġija u hawnhekk nerġa’ ntenni li dan il-Gvern mhux se jkun qiegħed iħallas lill-kumpanija li lestiet ir-rapport dwar il-proposta tat-tariffi bil-lejl, hekk kif din il-proposta kienet użata mill-Partit Nazzjonalista waqt il-kampanja elettorali. Din l-istess kumpanija li kienet imqabbda biex tagħmel dan ir-rapport kienet ikkonkludiet li din il-proposta ma tistax issir iżda minkejja dan il-Partit Nazzjonalista xorta baqa’ jippromwovi din il-proposta minkejja li kien jaf li din ma tistax issir.F’dan il-qasam id-differenza hija waħda ċara u skjetta, Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien jerġa’ jgħolli l-kontijiet fuq medda ta’ żmien, Gvern Laburista għall-kuntrarju qed iraħħas dawn il-kontijiet.

Mafkar f’Ġieħ ir-Repubblika

F’Jannar li ġej il-Gvern se jkun qed jerġa’ jdur fuq l-artisti Maltin f’Diċembru tas-sena d-dieħħla jsir mafkar kif jixraq biex ifakkar it-twaqqif ta’ Malta Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 1974. Din id-darba s-sejħa mhux se tkun biss għal mafkar imma anki għal ideat dwar fejn għandu jitqiegħed dan il-mafkar.Dan il-mafkar se jkun qed jiġi inawgurat bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-40 sena minn meta l-Parlament Malti waqqaf ir-Repubblika ta’ Malta b’maġġoranza storika miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s