l-Onor Dr Deo Debattista, Chairperson ta`l-Awtorita OHSA – il-ħarsien tas-saħħa u sigurta fuq il-postijiet tax-xogħol

DSCF1315

L-Awtorita` ghas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il Post tax-Xogħol nidiet proġett iffinanzjat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol li jinkludi 13 il-Poster li jittrattaw temi differenti dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.  Il-ħsieb wara dan il-proġett huwa li minn żmien għal zmien, dawn il-posters ikunu esebiti f` postijiet pubbliċi, kumpaniji u organiżżazjonijiet madwar Malta u Għawdex biex permezz taghhom jitwasslu b` mod viżiv numru ta` messaġġi dwar suġġetti topiċi f’dan il-qasam.

It-tnedija ta` dan il-proġett saret  illum, l-Ħamis, 21 ta` Novembru 2013, fl-uffiċini tal-Awtorita` ġewwa tal-Pieta.

F` diskors waqt it-tnedija ta` dan il-proġett, l-Onor Dr Deo Debattista, Chairperson ta` l-Awtorita` faħħar l-Awtorita` għal din l-inizzjattiva u oħrajn fejn qed tigi dejjem enfażżizata il-ħtiega tal-ħarsien tas-saħħa u il bżonn ta` aktar sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol.  L-Onor Debattista awgura li l-Awtorita tkompli temfasiżża l-aspett ta’ prevenzjoni bħala mod ta’ kif ikomplu jitnaqqsu l-inċidenti fuq ix-xogħol.  L-Onor Debattista temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorita` tax-xogħol siewi u fejjiedi li dejjem iwettqu favur is-soċjeta Maltija u lil Media Consulta li tirrappreżenta l-Aġenzija Ewropea.

DSCF1315

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s