Il-Junction tal-Kappara: “Win-Win” – Nahdmu ahjar flimkien

Il-Junction tal-Kappara: “Win-Win”

Flimkien għal Ambjent Aħjar laqgħet b’mod pożittiv il-permess li nħareġ iktar kmieni din il-ġimgħa biex issir flyover fil-Kappara.

“L-FAA tapprezza l-isforz ta’ Transport Malta biex isiru emendi tal-pjanti wara l-intervent tal-FAA, NatureTrust u r-residenti tal-Kappara li kienu qegħdin joġġezzjonaw dwar il-qerda ta’ numru kbir ta’ siġar f’Wied Għollieqa u d-devjazzjonijiet tat-traffiku li kienu se jżidu t-tniġġiż fiż-żona,” qalet l-FAA.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-pjanti l-ġodda jħarsu  l-ambjent naturali u żiedet li l-bidliet juru l-impatt pożittiv li jkun hemm meta l-involviment tal-pubbliku jkun milqugħ. Intant, l-FAA fakkret kif il-problema ta’ traffiku hija marbuta wkoll man-numru kbir ta’ karozzi fiż-żona u anke l-ħtieġa ta’ trasport pubbliku iktar effiċjenti.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s