Karl Stagno-Navarra jintervista lill Dr. Deo Debattista

In-nies huma l-protagonisti,mhux il-politici”

Karl Stagno-Navarra jintervista lit-Tabib Deo Debattista

Jistqarr li l-politika kienet fuq moħhu għal xi żmien, sakemm ħa d-deċizjoni li kien wasal iż-żmien li ma jibqax jikkritika aktar, iżda li jkun parti mill-proċess ta’ deċizjonijiet li jistgħu jagħmlu d-differenza kollha fil-ħajja tan-nies.

“Kieku ma ħadtx din id-deċizjoni, żgur li kien jiddispjaċini,” jistqarr Deo Debattista, li jżid fuq it-twemmin tiegħu li “jekk ma tippruvax, tkun fallejt żgur.”

Belti pur, imrobbi fl-Arċipierku fin-naħa t’Isfel tal-kapitali, Deo Debattista hu popolari mhux għaliex ilu għaxar snin jidher kull ġimgħa fuq it-televiżjoni f’rekona medika waqt il-programm ‘Kalamita’ flimkien ma’ Alfred Zammit, iżda għaliex hu l-karattru tiegħu li jressqu lejn in-nies.

B’dahka fuq wiċċu, u b’kariżma liema bħala, Deo Debattista jolqotni għall-fatt li tassew jemmen f’dak li jrid.

Iqis il-politika bħala servizz u impenn, iżda jemmen ukoll fir-rispett u t-tolleranza għall-opinjonijiet ta’ oħrajn. “Għalkemm jien trabbejt fi ħdan familja Laburista, dejjem żammejt saqajja mal-art u qatt ma emmint li wieħed iħaddan twemmin politiku u jibqa’ biha għaliex hekk trabba. It-twemmin politiku tiegħi hu msejjes fuq dak li tassew nemmen fih.”

Deo jisħaq li għalkemm segwa l-politika minn distanza, qatt ma kien direttament involut fiha, u hi r-rieda tiegħu li jagħmel id-differenza li tibqa’ timbuttah biex jidħol għal dan l-impenn.

“Hi l-kuxjenza soċjali li nħaddan li nqis bħala l-qofol tar-rieda tiegħi li naħdem għall-ġid tan-nies,” jsostni t-tabib Debattista.

“Nemmen li l-kuxjenza soċjali hi ċ-ċavetta għalija biex b’umiltà kbira, inkun nista’ naqdi dmiri sew favur dawk li jkunu tassew jeħtieġu l-għajnuna kollha li tista’ tingħatalhom.”

Jsostni li n-nies huma l-protagonisti tal-politika u mhux il-politiċi għandhom ikunu l-protagonisti. “Jien ħiereġ għall-politika, mhux biex nidher, iżda biex tassew nagħti servizz, li nisma’ lin-nies u li nkun viċin tagħhom,” jgħid.

Dejjem fl-isfond tal-fatt li jqis ruħu bħala persuna li hi politikament moderata, Deo Debattista jispjega li bħala Belti hu favur li il-proġett għar-riabilitazzjoni ta’ Bieb il-Belt, iżda jsostni l-uġigħ tiegħu għall-fatt li l-proġett se jiġi jiswa’ ħafna flus minħabba l-fatt li l-Gvern tal-ġurnata għandu l-prioritajiet tiegħu ħżiena.

read more click–> DEO DEBATTISTA INTERVIEW Gazzetta Illum

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s