Tbatija kbira ghal dawk li japplikaw ghal medicini ghal mard kroniku

Partit Laburista Official website.

Tbatija kbira ghal dawk li japplikaw ghal medicini ghal mard kroniku

Eluf ta’ Maltin qed ikollhom jghaddu minn passjoni biex igeddu jew jaghmlu ghall-ewwel darba l-kartuna s-safra [schedule V] biex ikunu jistghu jiehdu l-medicini li huma ntitolati ghalihom, ghal mard kroniku.
Il-queues ta’ kuljum, b’mijiet ta’ nies jistennew barra l-ufficcju tax-Schedule V fl-Isptar San Luqa, jibdew jingemmghu minn kmieni filghodu u jdumu jistennew is-sieghat, xi whud barra fix-xemx u bil-hammiem ihammeg fuqhom ghax il-waiting room tkun imballata.  Jekk ma jistennewx ukoll ghal xejn, ghaliex ikun jonqos xi firma jew xi dettal fuq il-formola ta’ l-applikazzjoni, u jintbaghtu lura biex jgibu d-dettalji kompluti.  Hemm minn mar f’dan l-ufficcju anke tlett darbiet.

Sadanitant imbaghad mijiet ta’ nies qed idumu l-gimghat jistennew biex jiehdu din il-kartuna s-safra, wara li jkunu ghaddew minn passjoni sakemm jissottomettu l-applikazzjoni.  F’dan l-ufficcju qed jinghad li hemm mijiet kbar ta’ nies jistennew din il-kartuna s-safra, biex jibdew jigbru l-medicini u dan ghaliex hemm xoghol b’lura b’xhur.  Jidher li din is-sitwazzjoni hija kkawzata mill-fatt li l-Gvern m’attrezzax bir-rizorsi mehtiega lil Ufficcju tax-Schedule V u anke per konsegwenza l-impjegati ta’ dan l-ufficcju qed ikollhom jahdmu taht stress kbir.

Izda mbaghad l-aghar konsegwenza qed tkompli tkun fuq dawk l-aktar vulnerabbli ghaliex jdumu ma jiehdu l-medicini li ghandhom bzonn u filwaqt li min ghandu l-mezzi jista’ jixtrihom, dawk li sfortunatament m’ghandhomx, hemm minn lanqas qed jikkura ruhu.

Jidher li GonziPN mohhu biss fit-tahwid li qed jigri fil-Partit tieghu, u qed jinjora kompletament il-bzonnijiet essenzjali u urgenti tal-poplu taghna.  

Marie Louise Coleiro Preca

Kelliema Ewlenija għas-saħħa  

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s