Interview – Dr. Deo Debattista fuq il-Gazzetta Kullhadd. Artiklu Ritianne Agius

 

 

 

“Joseph Muscat – mexxej ideali ghax huwa zaghzugh b’hafna energija” – Dr. Deo Debattista
Saturday, 31 December 2011 13:21 Ritianne Agius

Dr. DEO DEBATTISTA huwa tabib tal-familja mill-Belt u kandiat gdid tal-Partit Laburista ghall-elezzjoni generali li jmiss.

RITIANNE AGIUS iltaqghet ma’ Dr. Debattista biex issir taf iktar dwaru, il-professjoni medika tieghu, u d-decizjoni li jersaq lejn il-politika taht il-kappa tal-Partit Laburista.

Min huwa Deo Debattista fi ftit kliem?

Mizzewweg lil Monica u ghandna zewgt itfal, Andrè u Emma, ta’ 18 u 14 il-sena rispettivament. Ghandi hija wiehed, Charles, li llum huwa Maniger f’bank. Missieru kien kok u ommi kienet assistenta fil-kcina, jigifieri jiena dejjem kont bin il-haddiema, u l-familja tieghi kellha dhul modest.

Bhala passatempi, fuq quddiem ghandi ghal qalbi l-qari, u nhobb naqra minn kollox. Inhobb ukoll il-muzika, u wiehed mid-dispjaciri tieghi huwa li ma nafx indoqq strument, ghax minn dejjem xtaqt nitghallem il-pjanu. Joghgobni wkoll il-futbol, qabel kont nilghab ukoll, imma issa qed insegwih biss.

Kif beda l-interess tieghek lejn il-professjoni medika?

Meta kont il-Kullegg St Albert, tad-Dumnikani, id-Dumnikani ghamlu hafna mieghi. Dak iz-zmien kienet iebsa biex thallas l-edukazzjoni minn dhul modest bhal tal-genituri tieghi. Fr. Domnic Scerri, li nixtieq nirringrazzjah, kien gheni hafna.

Kellna sistema biex min igib marki gholja jkun intitolat ghas-sena skolastika sussegwenti bla hlas. Jien kont nara kif naghmel biex ingib dawn il-marki, halli ntaffi l-piz minn fuq il-genituri.

Meta kont niehu xi premju ghax immur tajjeb, il-premju kien ikun ktieb li nkun se nuza is-sena ta’ wara, biex b’hekk tigi ffrankata l-ispiza lill-genituri tieghi.

Meta eventwalment gejt biex naghzel bejn ix-xjenza u l-arti, kont se naghzel l-arti, izda l-patrijiet Dumnikani ssuggerewli li naghzel ix-xjenza ghax iktar kont mixhut ghaliha. Minn hemmhekk qbadt it-triq ghall-professjoni medika.

X’inhuma l-ikbar problemi li l-familji li tiltaqa’ maghhom jiffaccjaw?

L-ewwel problema li nara bhala tabib hija l-mard – problema ikbar min-nuqqas ta’ sahha ma nahsibx li jista’ jkun hemm. Imbaghad it-tieni problema hija l-finanzi, fejn il-familji jridu jaraw kif se jwasslu l-paga biex isservihom sal-ahhar tax-xahar. Ghalkemm mhux kulhadd jigi affettwat l-istess, biss qed ninnota li iktar nies qed jaghtu kas ta’ kif juzaw il-flus taghhom, ghar-raguni li jekk wiehed ma joqghodx bil-ghaqal, jinduna li dawn mhux qed iservuh.

Xi nghidu ghax-xiri tal-medicini li taghti preskrizzjoni ghalihom?

Skont studju li sar barra minn Malta, terz minn dawk li taghtihom il-medicini ma jixtruhomx, terz iehor jixtruhom imma ma jehduhomx sal-ahhar, u huwa terz biss li jiehdu l-medicini kif suppost. Dan ghaliex hafna mill-pazjenti jmorru ghand it-tabib biss biex iserrhu mohhhom minnn dak li jista’ jkollhom, barra li tezisti wkoll l-idea li wiehed jipprova jghaddi minghajr ma jiehu l-medicina.

Meta l-pazjenti jkunu fil-bzonn, hafna jiccahhdu minn affarijiet ohra biex jaghmlu mezz halli jixtruhom. Ta’ spiss il-pazjenti jistaqsuni wkoll jekk nistax intihom xi medicina irhas minn dik li nkun tajthom originarjament, ghax ma jkunux jaffordjawha. Bhala tabib dejjem nipprova naghti l-ahjar medicina lill-pazjent minghajr ma nghakkislu wisq il-but.

X’nuqqasijiet jezistu fil-qasam tas-sahha li ghandhom jigu ndirizzati?

Bla tlaqliq nghid li wiehed mill-ikbar nuqqasijiet huwa n-nuqqas ta’ sodod fl-isptar Mater Dei. Dawk huma prijorità. Is-servizz huwa tajjeb, il-professjonisti eccellenti, imma mbaghad hemm dan l-intopp.

Kulhadd irid jahdem, izda hadd ma jista’ jahdem sew. Meta jinghad kemm zdiedu l-operazzjonijiet, iktar tikkonferma kemm hemm bzonn ta’ izjed sodod. Huwa veru meta l-Ministru jghid li zidna l-kwantità u l-kwalità tal-operazzjonijiet, izda zidna kollox barra s-sodod.

Imbaghad hemm ukoll il-waiting lists. Ma jistax ikun li wiehed irid jistenna sena shiha biex jintbaghat fl-outpatients.

Hawnhekk ghandna sitwazzjoni fejn it-tabib ikun ghadu lanqas rak u tkun ilek digà sena tistenna, imbaghad minn hemm trid toqghod go waiting list ohra biex issirlek l-operazzjoni. Pazjent li jrid jibdel irkopptu minhabba l-artite m’ghandux idum 5 snin biex jigi operat, ghax il-kwalità tal-hajja tieghu se tkun hazina hafna matul dan iz-zmien kollu.

X’kien li hajjrek tersaq ukoll lejn il-politika?

Din il-haga kienet ilha ttambar f’mohhi, biss qatt ma rajtu hin opportun. Qisni qatt ma kont inhoss li ghandi naghti sehem attiv fil-politika. Biss imbaghad bdejt nirrealizza li inutli nibqa’ ngorr fuq affarijiet li ma naqbilx maghhom, jekk ma kontx se niehu azzoni biex dawk l-affarijiet inbiddilhom.

gejt avvicinat mill-Mexxej Dr. Joseph Muscat, li wkoll geghlni naghraf li ghandi naghti sehemi fil-qasam politiku. Ikkonsultajt mal-mara u l-familja, li nahseb li minghajr l-appogg taghhom ma kontx niehu dan il-pass.

Ikun hemm bzonn li l-familja tifhem li hajjti hija digà impenjattiva, u li b’dan il-pass se nkompli nzid ma’ dan l-impenn.

Biss meta jien nithajjar ghal xi haga, jiddispjacini jekk ma nkunx ppruvajt naghmilha. Il-motto tieghi huwa: “You’re a failure when you stop trying”. Jigifieri jekk ma ppruvajtx, inti fallejt zgur, però jekk ppruvajt u ma rnexxilekx, m’intix fallut. Ma nixtieqx li fil-qasam politiku jigrili bhal ma grali fil-pjanu, li qatt ma ppruvajt nitghallmu.

X’tahseb minn Joseph Muscat u mill-Partit Laburista?

F’Joseph Muscat joghgobni l-fatt li hu zaghzugh b’hafna energija, u nemmen li ghal dan it-tip ta’ xoghol trid tkun zaghzugh, ghax irid ikollok hafna u hafna energija.

Meta tkun zaghzugh tkun kapaci tadatta izjed ghas-sitwazzjoni, f’kull qasam tal-hajja. Meta tikber iktar issir rigidu u inqas tadatta, ghax tkun imdorri taghmel l-istess haga ghal snin twal, u difficli biex xi hadd jikkonvincik li issa trid taghmel din il-haga b’mod differenti, jew li ma tistax taghmilha. Xi hadd li huwa kapaci jadatta ghas-sitwazzjoni huwa iktar ideali biex imexxi l-pajjiz.

Il-Partit Laburista nemmen li huwa l-partit ta’ kulhadd, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista sar il-partit tal-ftit. Nghid ftit mhux fis-sens ta’ ftit nies, izda fis-sens li l-ftit jiddeciedu ghal hafna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s