Merhba

Welcome

 

 

 

 

 

 

 

Ħbieb,

Fil-ħajja nieħdu ħafna deċiżjonijiet, hemm deċiżjonijiet li huma importanti għall-professjoni, għall-familja, kif ukoll għall-pajjiż li ngħixu fih.

Waħda minn dawn id-deċiżjonijiet, li ħadt ma’ marti Monica, uliedi Andre u Emma kif ukoll mal-mexxej Laburista Dr. Joseph Muscat, hija li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, ser nikkontesta mal-Partit Laburista fuq l-ewwel u t-tieni distrett. Inwiegħed li ser naħdem b’serjeta`, b’fiduċja, b’fedelta` u għallfutur aħjar.

Inwiegħed li ser naqsam din l-esperjenza sabiħa magħkom b’determinazzjoni qawwija u ser inkun f’kuntatt kontinwu magħkom.

Għażilt il-Partit Laburista għaliex il-Partit Laburista biss jifhem ilprioritajiet
tal-familji Maltin dwar is-saħħa, ix-xogħol u l-edukazzjoni miġburin f’moviment wieħed progressiv, immexxi b’għaqal u b’impenn.

Bħala tabib tal-familja nifhem is-sagrifiċċji li jgħaddu minnhom il-familji
Maltin f’dawn l-oqsma tant important, ser inkun pro-attiv biex inwassal lappell
tagħkom b’messaġġ ċar. Ser nuża l-komunikazzjoni kollha possibli biex flimkien naħdmu b’għan wieħed għall-bidla waħda u b’viżjoni ta’ pajjiż Ewropew biex flimkien niksbu l-ogħla livelli fl-oqsma taledukazzjoni, tas-saħħa, tal-ekonomija u dawk soċjali.

Nistidinkom sabiex inkunu tim wieħed, bl-għan ewlieni li naraw il-bidla li
tant hija meħtieġa.

Il-professjoni tiegħi tagħtini ħafna sodisfazzjon u din ħa nipprova nkompli
nsaħħaħha billi ngħin lin-nies mill-kamp politiku, mill-aħjar li nista’.

Is-Saħħa lil kulħadd,

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s